Left arrow Go Back

IL-VIĊI PRIM MINISTRU TONIO BORG JIFFIRMA L-EWWEL FTEHIM TA’ KOPERAZZJONI BILATERALI MAL-ĠORDAN

PR0625
Date Icon 17/04/2009
Se jitwaqqaf BusinessCouncil bejn iż-żewġ pajjiżi
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg iffirma l-ewwel ftehim bilaterali mal-Ġordan waqt iż-żjara tiegħu f’dan il-pajjiż bħala parti miż-żjarat li qed iwettaq fil-Lvant Nofsani. Fil-Ġordan il-Viċi Prim Ministru kellu taħditiet mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġordan Naser Jodeh u mal-Ministru tal-Finanzi Bassem Salem.
Iż-żewġ pajjiżi ffirmaw Konvenzjonigħall-Ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja u l-prevenzjoni mill-evażjoni fiskali fit-taxxa tad-dħul. Kif ukoll tħabbar li se jitwaqqaf Business Council li se jkun qed jesplora aktar il-possibiltajiet ta’ negozju u investiment bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg sejjaħ dan il-ftehim bħala wieħed li se jkompli jnaqqas il-piżijiet żejda u jiġi ffaċilitat iktar in-negozju bejn iż-żewġ pajjiżi. Qal ukoll li dan se jgħin biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali.  Dwar il-Business Council, Dr Tonio Borg qal li dan se jkun qed iservi biex jinħolqu rabtiet iktar b’saħħithom fil-qasam kummerċjali bejn il-Ġordan u Malta.
Intant il-Ministru tal-Affarijiet Barranintal-Ġordan Naser Jodeh aċċetta stedina li għamillu l-Viċi Prim Ministru Tonio Borg u mistenni jiġi fuq żjara f’Malta iktar tard matul din is-sena.
Dan kien it-tielet u l-aħħar pajjiż li l-ViċiPrim Ministru Tonio Borg żar fil-Lvant Nofsani. Fil-ġranet li għaddew huwa mar is-Sirja u l-Libanu. Fis-Sirja, Dr Tonio Borg iffirma ftehim għal aktar koperazzjoni politika fuq temi li jittrattaw liż-żewġ naħat. Fil-Libanu, il-Viċi Prim Ministru ffirma wkoll ftehim għal aktar koperazzjoni politika u ġie ffirmat protokoll li jemenda l-ftehim dwar it-tassazzjoni doppja. Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin mistenni lura Malta s-Sibt.
Tagħrif dwar ir-relazzjonijietbilaterali bejn Malta u l-Ġordan
Ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi bejn Malta ul-Ġordan twaqqfu f’Ġunju tal-1974.
Il-Ġordan li għandu popolazzjoni ta’ ftit iktar6 miljun persuna, għandu rata ta’ tkabbir ta’ 2.3 fil-mija u l-prodott gross domestiku jlaħħaq l-14-il biljun ewro u nofs. L-importazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kibret fl-aħħar ħames snin hekk kif kien hemm qabża sostanjzali mill-2004 sal-2005. Dan għaliex l-esportazzjoni fl-2004 kienet ta’ 450 elf ewro u fl-2005 din żdiedet għall-850 elf ewro. Fl-aħħar snin iċ-ċifri baqgħu xi ftit jew wisq fuq l-istess livell tant li l-esportazzjoni lejn il-Ġordan fl-2008 laħqet kważi 750 elf ewro. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ materjal ta’ esportazzjoni, iktar minn nofs tal-materjal esportat huwa relatat mal-prodotti tal-ikel, fosthom ċereali, qamħ u ikel ieħor.
Malta hija rrappreżentata f’Amman fil-Ġordanmill-Konslu Onorarju Yanal Bustami li kien maħtur Konslu fl-1983.

DOI – 17.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow