ESTENSJONI TAL-UFFIĊĊJU AMMINISTRATTIV – KUNSILL LOKALI MĠARR
PR0624
17/04/2009
| “L-oġġettiv ewlieni tat-tiġdid | tal-Kunsilli Lokali li għadna kemm ippreżentajna huwa li jingħata l-aqwa servizz lir-residenti ta’ kull lokalità. Il-proġett tal-Kunsill Lokali Mġarr, jinkwadra fit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali u jolqot diversi punti mid-deċiżjonijiet li ħarġu fid-dokument tat-tiġdid.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said waqt żjara fuq ix-xogħol li għaddej fuq estensjoni tal-bini tal-Kunsill Lokali tal-Imġarr. |
| Matul din is-sena fl-Imġarr | sar ħafna mix-xogħol fuq l-estensjoni tal-bini tal-Kunsill Lokali, li jinvolvi kemm riżorsi umani, kif ukoll riżorsi finanzjarji, li jinkludu : |
| § Ix-xogħol | kollu ta’ kostruzzjoni; bdil ta’ soqfa tal-parti eżistenti u l-kostruzzjoni tal-estensjoni fuq tliet sulari u formazzjoni ta’ day care centre għall-anzjani |
| § Parti | sostanzjali tax-xogħol tal-elettriku u l-ilma, kemm fil-parti eżistenti kif ukoll fl-estensjoni |
| § Twaħħil | ta’ airconditioning units |
| § Sistema | ta’ ventilazzjoni madwar il-bini kollu |
| § Kisi | tal-ħitan bil-ġibs |
| § Tqegħid | ta’ aluminium u ta’ madum |
| Chris Said tenna li x-xogħol li għaddej fuq dan | is-sit ser jinkorpora l-aspetti li jinsabu fid-dokument tat-tiġdid biex jingħata l-aqwa servizz għar-residenti tal-Imġarr. Meta jitlesta l-post dan ser ikun xempju ta’ kif Kunsilli Lokali għandhom jaqdu lir-residenti tal-lokal. L-estensjoni tal-post tinkorpora l-aspett ta’ aċċessibilità fiżika, l-użu ta’ spazju minn għaqdiet fil-lokalità u għal faċilitajiet oħra. |
| Is-Segretarju Parlamentari għamel referenza | wkoll għal deċiżjonijiet oħra mit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali bħal ħinijiet itwal u ftuħ nhar ta’ Sibt tal-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsilli Lokali. Dan se jsir biex l-istess Kunsilli Lokali jkunu aċċessibbli għal kulħadd, inkluż għal dawk li jaħdmu waqt il-ħinijiet tal-uffiċċji. |
| Chris Said semma wkoll l-introduzzjoni ta’ | Quality Service Charter filwaqt li stqarr li dalwaqt ser jiġi mħabbar titjib fis-sistema tal-IT tal-Customer Care tal-Kunsilli Lokali biex il-pubbliku jinqeda aħjar. |
| Is-Sindku tal-Imġarr Paul | Vella, qal li l-Kunsill Lokali diġà beda diskussjonijiet mas-Segretarjat għall-Kura tal-Anzjani dwar il-possibilità li jipprovdi riżorsi umani biex ikun jista’ jitmexxa d-Day Care Centre fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill. |
DOI – 17.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984