Stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu
PR0623
16/04/2009
| Risposta għall-Istqarrija maħruġa llum | mill-Kelliema Ewlenija tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu, l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro-Preca |
| Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu | jirreferi għall-istqarrija maħruġa mill-Kelliema Ewlenija tal-Oppozizzjoni għat-Turizmu, l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro-Preca, aktar kmieni llum. Kuntrarjament għall-istampa li qed jipprova tpinġi l-Oppozizzjoni, il-kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali hija waħda reali u li qed ikollha effetti fuq l-industrija tat-turiżmu mad-dinja kollha. Il-Gvern qed ikun proattiv u kostanti fl-inizjattivi li ħa u li qed jieħu sabiex jindirizza din is-sitwazzjoni. |
| Għal darb’oħra irid jingħad li għall-2009, | il-Gvern żied il-fondi tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) b’3.5 miljun ewro għal total ta’ 28 miljun sabiex isaħħaħ żewġ aspetti tal-istrateġija tal-Gvern: |
- l-aċċessibbiltà lejn pajjiżna – minkejja l-problemi fil-qasam tal-avjazzjoni internazzjonali, il-Gvern u l-MTA irnexxielhom mhux biss iżommu, iżda wkoll iżidu marġinalment in-numru ta’ titjiriet u seat capacity lejn pajjiżna għas-sajf tal-2009, b’numru ta’ rotot ġodda u żieda ta’ titjiriet fuq numru ta’ rotot diġà servuti. Dan irid jittieħed fil-kuntest ferm importanti li aktar minn 600 ajruport madwar l-Ewropa qegħdin jirreġistraw telf ta’ seats għas-sajf ta’ madwar 5%.
| - il-promozzjoni ta’ Malta | bħala destinazzjoni turistika – żieda ta’ reklamar fi swieq importanti ta’ pajjiżna, kemm fuq it-televiżjoni, fil-ġurnali, fuq l-internet, billbords fit-toroq, promozzjoni diretta f’numru dejjem jikber ta’ fieri, żjajjar ta’ aktar minn 700 ġurnalist barrani u eżerċizzju massiv ta’ relazzjonijiet pubbliċi. |
| Il-Gvern qed jaħdem ukoll | f’viżjoni fit-tul fuq qasam ieħor importanti, dak li hu l-prodott turistiku Malti, b’numru ta’ proġetti (kemm b’fondi Ewropej u kif ukoll b’fondi nazzjonali) f’diversi lokalitajiet imxerrdin ma’ Malta u Għawdex, minn San Pawl il-Baħar u l-Qawra għal Tas-Sliema u San Ġiljan, minn Marsaxlokk għall-Kottonera. Fil-prodott, qed ninvestu wkoll fl-aspett tar-riżorsi umani, sabiex nibqgħu niffukaw fuq il-ħtieġa li pajjiżna jkun dejjem aktar destinazzjoni li toffri valur tajjeb għall-flus li jħallsu t-turisti biex jiġu fostna. |
| Il-Gvern qiegħed jipprova, fejn | jista’, inaqqas l-impatt tal-kriżi ekonomika internazzjonali fuq l-industrija tat-turiżmu f’pajjiżna. F’dan ir-rigward, il-Gvern ħa l-inizjattiva sabiex il-banek jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-moratorju sa sena lil sidien u operaturi ta’ lukandi, fuq il-ħlasijiet ta’ kapital (capital repayments) fuq self li kienu ħadu. Dalwaqt se jitħabbru inizjattivi oħrajn sabiex inkomplu nassistu l-industrija tat-turiżmu b’mod dirett f’dawk l-aspetti fejn ikun meħtieġ, b’mod speċjali dak tal-ħarsien tal-impjiegi. |
| Irid jingħad li filwaqt li huwa | faċli li wieħed jikkritika, huwa aktar importanti li wieħed imidd idejh sabiex b’għaqal u b’determinazzjoni jiffaċċja l-isfidi tal-mument mingħajr ma wieħed joqgħod jippolitiċizza sitwazzjoni kkreata minn kriżi internazzjonali li d-dinja ftit rat bħalha. Il-Gvern jassigura lil kulħadd li dan huwa dak li qiegħed jagħmel flimkien mal-imsieħba l-oħrajn kollha f’din l-industrija tant importanti għal pajjiżna. |
DOI - 16.04.09
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984