TKOMPLI Ż-ŻJARA TAL-VIĊI PRIM MINISTRU FIT-TLIET PAJJIŻI TAL-LVANT NOFSANI
PR0620
16/04/2009
| Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg f’taħditiet | bilaterali fil-Libanu |
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin, Tonio Borg, kompla biż-żjara tiegħu fil-Lvant Nofsani hekk kif f’dawn il-jumejn kellu taħditiet mal-President tal-Libanu Michel Suleiman, mal-Prim Ministru Fouad Siniora u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Fawzi Salloukh. Dan huwa t-tieni pajjiż li l-Viċi Prim Ministru qed iżur f’dawn il-ġranet, huwa diġà żar is-Sirja u mistenni jtemm il-vjaġġ tiegħu fil-Ġordan fi tmiem din il-ġimgħa. |
| Matul din iż-żjara ġie ffirmat ftehim bejn | iż-żewġ pajjiżi li permezz tiegħu ż-żewġ partijiet se jikkolaboraw aktar għall-paċi u s-sigurta' fil-Mediterran u fl-inħawi tal-madwar. Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg, li ffirma dan il-qbil, qal li ż-żewġ pajjiżi jifhmu li l-kollaborazzjoni u d-djalogu kostruttiv bejn iż-żewġ naħat iwassal għat-tisħiħ tal-paċi, is-sigurta' u l-istabbilta' fil-Mediterran, u l-paċi u sigurta' b'mod internazzjonali. |
| Iż-żewġ naħat qablu li jidħlu f'aktar | diskussjonijiet bejnithom fuq għadd ta' temi politiċi u diplomatiċi importanti, fosthom l-Unjoni tal-Mediterran, is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u d-djalogu bejn l-Ewropa u l-Lega Għarbija. Il-Viċi Prim Ministru sostna li dan il-ftehim mal-Libanu jkompli jikkonferma l-ħidma tal-gvern biex jiftaħ aktar l-orizzonti ta’ ftehim ma' pajjiżi oħrajn bil-għan li Malta tibqa' tilgħab rwol importanti fit-tisħiħ tal-paċi fil-Mediterran. Intant il-gvern Malti u dak Libaniż ftehmu wkoll fuq Protokoll li jemenda il-konvenzjoni bejn Malta u l-Libanu fuq il-Ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja u l-prevenzjoni mill-evażjoni fiskali fit-taxxa tad-dħul li kienet iffirmata fit-23 ta' Frar tal-1999. |
| Tagħrif dwar | ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Libanu |
| Ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u | l-Libanu bdew fl-1975. Matul is-snin kien hemm numru ta’ żjarat miż-żewġ naħat li wasslu biex ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi tkompli tissaħħaħ. Fl-1999 Konvenzjoni għall-Ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja kienet iffirmata fit-23 ta’ Frar u daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Frar tas-sena 2000. |
| Il-Libanu li fil-periferija tiegħu jmiss | mas-Sirja u Iżrael għandu popolazzjoni ta’ ftit iktar minn 4 miljun persuna, u l-prodott gross domestiku tiegħu huwa stmat li din is-sena se jlaħħaq kważi l-40 biljun ewro. |
| L-esportazzjoni minn Malta lejn il-Libanu, | baqgħet tiżdied b'mod konsistenti fl-aħħar ħames snin, biex laħqet 'il fuq minn 660 elf ewro. Filwaqt li l-importazzjoni żdiedet sew mill-2004 'l hawn. Din laħqet l-għola ammont fl-2007 b'iktar minn miljun ewro f'importazzjoni, biex niżlet għall-ftit iktar minn 610,000 ewro fl-2008. Prodotti tal-ikel fosthom ċereali u dqiq, kif ukoll apparat mediku u fotografiku huma fost ‘l iktar prodotti esportati lejn il-Libanu. Filwaqt li l-maġġoranza tal-materjal impurtat mil-Libanu huwa marbut maz-zokkor u l-ħlewwiet, kif ukoll mal-karta. |
Fil-Libanu, Malta hija rappreżentata mill-Konslu Generali Raymond Bechara f’Beirut.
DOI – 16.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984