SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)
| B’total indikattiv | tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ EUR 47 miljun |
| Id-Diviżjoni dwar l-Ippjanar u l-Koordinazjoni | tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadha kif nehdiet sejħa ġdida għall-proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013. |
| Organizzazzjonijiet eliġibbli huma mistiedna | jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-proġetti relatati mas-setturi msemmija hawn taħt li jaqaw taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 6 tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittivita’ għall-Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar’: |
| Is-setturi taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 6 miftuħa | taħt din s-sejħa huma: |
§ Mobilita’ Interna – sejħa ristretta għall-azzjonijiet li jippromwovu l-użu ta‘ trasport alternattiv u azzjonijiet relatati mat-trasport urban nadif [Total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja: EUR 7 miljuni]
§ Aċċessibilita’ Elettronika [Total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja: EUR 25 miljun]
§ Infrastruttura għall-Edukazzjoni, Soċjali u dik marbuta mas-Saħħa – sejħa ristretta għall-azzjonijiet fis-settur tal-edukazzjoni formali [Total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja: EUR 10 miljuni]
§ Monitoraġġ Ambjentali [Total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja: EUR 5 miljuni]
Is-sejħa tagħlaq f’ nofsinhar (12:00 hrs) tal-ĠIMGĦA 29 ta’ MEJJU 2009.
Applikanti prospettivi għandhom jieħdu nota tat-total indikattiv rispettiv tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ kull settur għal din is-sejħa. Il-Programm Operattiv II, il-Formola tal-Applikazzjoni, in-Noti ta’ Gwida, il-Kriterji ta’ Selezzjoni u Eliġibilita’, kif ukoll aktar informazzjoni jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt/calls_all.
Għal aktar tagħrif u gwida, l-applikanti prospettivi huma mistiedna japplikaw għal wieħed minn żewġ Sessjonijiet ta’ Informazzjoni ta’ nofs ta’ nhar li ser isiru t-Tlieta 28 t’April 2009 mid-9am sas-1pm jew it-Tnejn 4 ta’ Mejju 2009 mit-3pm sas-7pm. Il-Formoli għar-Reġistrazzjoni għas-Sessjoni ta’ Informazzjoni jistgħu jinkisbu minn: www.ppcd.gov.mt/calls_all u jintbagħtu lil Mr Nicholas Bugeja (nicholas.bugeja@gov.mt) sa nofsinhar tal-Ġimgħa 24 t’April 2009. Il-postijiet huma limitati u jingħataw lil min jibbukja l-ewwel. In-numru ta’ applikanti għal kull organizzazzjoni jista’ jkun ristrett.
Mistoqsijiet ġenerali relatati ma’ din is-sejħa jew mal-Politika ta’ Koeżjoni 2007 - 2013 għandhom jiġu indirizzati lis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info@ppcd.gov.mt
DOI – 15.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984