ATTIVITAJIET MARBUTA MAL-ĠIMGĦA MQADDSA F’GĦAWDEX
PR0601
08/04/2009
| Il-Ġimgħa Mqaddsa f’Għawdex hija ddominata minn | diversi attivitajiet, purċissjonijiet u wirjiet madwar il-lokalitajiet kollha ta’ Għawdex, li jattiraw lil diversi nies minn kull rokna tal-gżira kif ukoll minn Malta. |
| L-attivitajiet tal-Ġimgħa Mqaddsa jibdew illum | l-Erbgħa, b’purċissjoni bl-istatwa tar-Redentur,fir-Rabat. Għada, Ħamis ix-Xirka, f’bosta knejjes madwar Għawdex, isir ir-ritwal tal-ħasil tar-riġlejn. Wara l-funzjoni, huma bosta dawk li jagħmlu visti fis-seba’ knejjes. Hemm min jippreferi jagħmel din id-devozzjoni fir-Rabat jew fir-raħal tiegħu stess, inkella iżur seba’ knejjes mid-diversi parroċċi, kunventi u kappelli li jkunu mżejna għal din il-funzjoni liturġika. |
| F’Għawdex jiġu organizzati purċissjonijiet | tal-Ġimgħa l-Kbira f’ħames parroċċi li huma: il-Katidral u San Ġorġ fir-Rabat, flimkien man-Nadur, ix-Xagħra u Żebbuġ. |
| Bosta huma ċ-ċentri parrokjali, ċentri | tad-duttrina u ċentri oħrajn li jkollhom għall-wiri mwejjed ta’ l-appostli u wirjiet sagri, mtella’ minn bosta dilettanti. Dawn iżidu mad-devozzjoni f’dawn il-jiem qaddisa filwaqt li jservu wkoll bħala attrazzjonijiet miżjuda għal bosta visitaturi li jagħżlu li jqattgħu dawn il-jiem fil-gżira ta’ Għawdex. Jiġi ċċelebrat ukoll il-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu, permezz ta’ purċissjonijiet bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt fil-parroċċi, fost l-oħrajn fir-Rabat, ix-Xagħra u n-Nadur. |
| Huwa mistenni li anke din is-sena, bosta Maltin | iżuru Għawdex f’dan iż-żmien u jingħaqdu mal-Għawdxin fid-devozzjoni u ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dawn il-jiem. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna | Debono, sejħet laqgħa għal kapijiet tad-Dipartimenti u entitajiet oħra, biex tiġi assigurata l-ordni pubblika u s-sigurtà u l-indafa, matul dawn il-jiem. |
DOI - 08.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984