AKTAR ESPORTAZZJONI TAL-PATATA TA’ MALTA LEJN IL-ĠERMANJA
PR0592
07/04/2009
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | George Pullicino, attenda għall-preżentazzjoni simbolika tal-ewwel xkejjer tal-patata lokali f’dan l-istaġun mill-importatur Jansen Dongen lill-rappreżentanti tal-akbar supermarket corporation fil-Ġermanja, Edeka Group. Din l-attività saret f'Berlin viċin il-Brandenburg Gate. |
| Din | hija l-ħames sena konsekuttiva li din il-korporazzjoni li llum għandha sehem ta' 26% tal-bejgħ qed tilqa’ għandha patata ta’ Malta. Kienet waħda mill-koperattivi lokali li ntroduċiet lil Jansen Dongen għas-suq Malti, u issa wara ħames snin dan qed jieħu madwar 30% tal-produzzjoni lokali tal-patata bikrija. |
| Huwa | ta’ sodisfazzjon li tul dawn il-ħames snin il-konsumatur wera fiduċja f’dan il-prodott Mediterranju fejn l-elementi tax-xemx, l-istruttura tal-ħamrija u l-metodi ta’ kultivazzjoni sawru prodott ta’ kwalità speċjalment fejn tidħol il-patata u d-dehra dehbija li għandha. Dawn il-fatturi jiddistingwu din il-patata ta’ Malta minn patata oħra. |
| “Il-patata lokali hija mfittxija fis-suq Ewropew | mhux biss minħabba t-tjubija tagħha, iżda minħabba ż-żmien tal-produzzjoni tagħha, f'perjodu fejn l-Ewropa tkun ħierġa mix-xitwa u allura ma jkunx għad għandha l-produzzjoni tagħha. Il-kompetizzjoni hija waħda qalila, mhux daqstant biex tinbiegħ iżda biex iġġib prezz tajjeb” sostna l-Ministru Pullicino. |
| Il-Ministru Pullicino awgura li l-bejgħ għal din | is-sena jkun wieħed tajjeb sabiex dan is-suq ikompli jissaħħaħ u l-konsumatur ikun qed jibbenefika minn prodott frisk, ġenwin u ta’ kwalita’ kif jipproduċi l-bidwi Malti. |
| DOI – | 07.04.2009 |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984