MA HEMM L-EBDA MALTI MIDRUB FL-INĦAWI TA’ L’AQUILA MILL-INFORMAZZJONI MIĠBURA SA ISSA
PR0590
07/04/2009
| Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin irnexxielu | jagħmel kuntatt mal-Maltin kollha li kienu magħrufa li jgħixu fl-inħawi ta’ L’Aquila fl-Italja, cioe’ iż-żona li ntlaqtet minn terremot fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u it-Tnejn. |
| F’din iż-żona Malta għanda lir-rappreżentant Dr | Luigi Lombardo. L-uffiċċji li minnhom jopera Lombardo ġġarfu partijiet minnhom u għal daqstant wieħed ma setax jaċċessa dokumenti merfugħa f’dan l-uffiċċji fejn kien hemm id-dettalji dwar il-Maltin li jgħixu f’din iż-żona. |
| Kien | magħruf li sitt Maltin kienu jgħixu f’dawn l-akwati sa ftit żmien ilu. |
| Persuna minnhom li huwa qassis kien ħalla | L’Aquila ftit żmien ilu. Persuna oħra mietet mewta naturali ftit snin ilu, filwaqt li mara oħra Maltija kienet involuta f’inċident tat-traffiku ftit żmien ilu u fih tilfet ħajjitha. |
| Għal | daqstant kien fadal tliet persuni oħra Maltin li kienu jgħixu f’dan l-inħawi. Dawn huma soru li tilfet ir-residenza tagħha u li tinsab fi stat tajjeb. Din ittieħdet mill-Uffiċjali Taljani f’residenza oħra u bħalissa għaddejja ħidma biex hi tiġi lura Malta. |
| Mara | Maltija miżżewġa Taljan ukoll tilfet id-dar tagħha. Hi rnexxielha titlaq mid-dar flimkien ma’ tlett uliedha ftit qabel din iġġarfet u llum dawn jinsabu f’residenza oħra tal-familja. |
| Mara | Maltija oħra miżżewġa Taljan ukoll tilfet l-aċċess għad-dar tagħha kawża tat-terremot. Hi flimkien ma’ żewġha u uliedom qattgħu l-lejl ġewwa l-karozza tal-familja. |
| Sadattant huwa magħruf li ma hemmx kunjomijiet | Maltin fil-lista ta’ persuni identifikati sa issa u li sfortunatament tilfu ħajjithom. |
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin Tonio Borg li huwa mistenni lura Malta llum, irringrazzja lill-ħaddiema tal-Ministeru kif ukoll lill-ħaddiema fi ħdan l-Ambaxxata Maltija f’Ruma li fl-aħħar siegħat wettqu ħidma intensiva sabiex assiguraw li l-Maltin involuti jingħataw l-assistenza kollha meħtieġa. |
| Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jkompli | jappella lill-pubbliku li jekk għandu xi informazzjoni dwar Maltin li jinsabu f’din iż-żona fl-Italja, wieħed għandu jċempel lill-Uffiċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fuq 21242191. |
| DOI – | 07.04.2009 |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984