STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0582
06/04/2009
| Ħtieġa ta’ koperazzjoni fuq | proġetti ambjentali ta’ importanza nazzjonali |
| B’referenza għal kummenti li saru mill-Partit | tal-Alternattiva Demokratika, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jtenni li mhuwiex minnu li l-Gvern għandu xi rapport li jindika li l-proposta ta’ wind farm fis-sit tas-Sikka l-Bajda mhijiex vjabbli. Il-fatti huma li fil-ġimgħat u xhur li għaddew il-Ministeru kien għaddej b’xogħol kbir preparatorju sabiex f’qasir żmien ikun jista’ jiffinalizza u jħabbar il-proposti u l-pjanijiet tiegħu. |
| Il-Ministeru huwa wkoll kommess li jippubblika | kull opinjoni li ngħata u li twassal biex jittieħdu ċertu deċiżjonijiet. |
| Wieħed ma jistax ma jikkumentax ukoll fuq | il-fatt li l-Partit tal-Alternattiva Demokratika spiss ikunu minn ta’ quddiem nett biex jikkundannaw proġetti ta’ fejda ambjentali u ta’ importanza nazzjonali meta l-anqas biss ikun inbeda l-proċess tal-MEPA. F’ġieħ is-serjeta’, wieħed jistenna li l-uffiċjali tal-Alternattiva jistennew li l-Gvern jissottometti l-applikazzjoni lill-MEPA qabel ma jagħmel dikjarazzjonijiet pubbliċi intiżi biss biex joħolqu dubju. |
| L-uffiċjali tal-AD għandhom jistennew ukoll li | jsir il-proċess tal-Environment Impact Assessment (EIA) qabel ma jesprimu ruħhom fuq il-vjabilita’ ambjentali tal-proġett li kif suppost li taf tajjeb l-AD, huwa ta’ importanza fundamentali biex pajjiżna jasal biex jilħaq il-miri ta’ 10% tal-enerġija ta’ pajjiżna li tkun iġġenerata minn sorsi rinnovabbli sal-2020. |
| Huwa faċli li tikkritika, kif qed tagħmel l-AD, | u fl-istess waqt donnhom jinsew il-kuntest ta’ diffikultajiet li jeżistu f’Malta, ewlenin fosthom huwa l-limitazzjonijiet tat-territorju u l-fatt li tagħmel x’tagħmel se jkun ikkawżat impatt. Minflok tikkritika, l-AD imissha tkun proattiva u min ta’ quddiem nett biex tipproponi hi wkoll soluzzjonijiet li jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Gvern u minn nies tekniċi tiegħu. Jekk ma jintlaħqux dawn il-miri ma jkunx falla l-Gvern imma l-pajjiż kollu, inkluż l-uffiċjali tal-AD. |
| Minflok ma jimxi waħdu, il-Gvern qabbad nies | esperti u tekniċi, inkluż ambjentalisti ta’ esperjenza u flimkien magħhom ikkunsidra numru ta’ punti u wara fassal il-proposta tiegħu. Il-Ministeru jistenna li kull min hu kkonċernat juża diskrezzjoni u serjeta’ qabel ma jagħmel dikjarazzjonijiet intiżi biss biex inaqqsu l-kunfidenza fi proġett li hu ta’ importanza nazzjonali. |
DOI – 06.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984