STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
PR0552
30/03/2009
| Il-Ministeru | tal-Ġustizzja u l-Intern, qed iwaqqaf Compliance Unit biex jara li jitwettqu r-rakkomondazzjonijiet li għadda l-Bord tal-Inkjesta magħmul mis-Sur Emanuel Cassar, is-Sinjorina Mary Anne Agius u s-Sur Martin Scicluna li l-Gvern kien ħatar f’Awissu 2008 biex jinvestiga u janalizza l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. |
| Dan il-Unit | qiegħed jitwaqqaf mhux biss biex dawn ir-rakkomandazzjonijiet amministrattivi jiddaħħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli, iżda anke biex jipproponi dawk l-punti ta’ amministrazzjoni tajba u proċedura li jidhirlu li għandhom jiġu implimentati. |
| Il-Ministeru jqis | ukoll li għandhom jissaħħu l-istrutturi interni fi ħdan il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin sabiex ikun assigurat li jinżamm il-livell ta’ dak li huwa mistenni fit-tħaddim tar-regoli u proċeduri interni. |
| Fl-aħħar ta’ Ġunju | 2009, fl-għeluq tal-proċess tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, dawn jingħaqdu fil-proċess neċessarju tal-implimentazzjoni futura ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet. |
| Ir-rakkomandazzjonijiet amministrattivi tal-Bord, | flimkien ma’ aktar dettalji qed jiġu mehmuża f’dokument separat. |
…pr05552a - Dokument tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern bir-rakkomandazzjonijiet amministrattivi tal-Bord tal-Inkjesta dwar l-operat tal-Facilita Korrettiva ta’ Kordin
DOI – 31.03.2008
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984