FESTA TAT-TIĠIEĠ U BAJD F’ĦAD DINGLI
PR0535
27/03/2009
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali | ser jorganizza attività oħra minn kalendarju ta’ attivitajiet li tħejja biex jippromwovi l-prodott agrikolu lokali. L-attività li jmiss ser tkun Festa tat-Tiġieġ u Bajd li ser issir f’Misraħ Ġuże Abela f’Ħad Dingli (ma’ ġenb il-Knisja Parrokkjali) nhar il-Ħadd 29 ta’ Marzu 2009 mill-11 ta’ filgħodu ‘l quddiem. |
| Din | l-attività hija intiża għall-familja kollha u tinkludi stands tal-ikel bit-tiġieġ, bejgħ ta’ prodotti friski, wirja tat-tiġieġ, dimostrazzjonijiet u tisjir minn studenti tal-ITS, kompetizzjonijiet tat-tisjir u varjetà għall-familja kollha. Din l-attività qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad Dingli u mal-Kampanja Tree For You (34U). |
| Id-dħul għal din l-attività huwa b’xejn u | kulħadd huwa mistieden jattendi. |
DOI – 26.03.2008
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984