SITTAX-IL GĦAQDA JIBBENEFIKAW MID-DONAZZJONIJIET F’ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
PR0530
27/03/2009
| Il-President u s-Sinjura Fenech Adami dalgħodu | ppreżentaw diversi donazzjonijiet f’isem il-Malta Community Chest Fund lil diversi assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti. Id-donazzjonijiet jikkonsistu f’għajnuna finanzjarja, sodod, tagħmir speċjalizzat u white goods li jammontaw għas-somma ta’ €30,145. |
| Is-sittax assoċjazzjoni u istituti li bbenefikaw | minn dawn id-donazzjonijiet huma: |
Ċikrolu San Ġwann Bosco
| Casa | Leone |
| Dar | Ħanin Samaritan |
| Id-Dar | tal-Providenza |
Dominican Sisters
Fatima House
Franciscan Sisters
Franciscan Sisters of the Sacred Heart
Għaqda Żgħażagħ Diżabilita’
Jesus of Nazareth Home
Little Sisters of the Poor
Salesjani – Dar Osanna Pia
Sorijiet Frangiskani
St Dominic Clinic
YMCA
Arka Respite Centre
| Il-President u s-Sinjura Fenech Adami | rringrazzjaw lill-poplu Malti tal-ġenerożita` tiegħu u tal-fiduċja li dejjem wera fil-Malta Community Chest Fund illi saret istituzzjoni kbira fil-pajjiż li ttaffi t-tbatija ta’ ħafna u hija sors ta’ tama mhux biss għal assoċjazzonijiet iżda wkoll diversi individwi fil-bżonn. Il-President Fenech Adami qal illi permezz tal-fond tul il-Presidenza tiegħu ra aktar kemm hi kbira qalb il-Poplu Malti, li għandu karatteristiċi magħġunin fuq valuri Kristjani u ta’ solidarjetà ma’ dawk fil-bżonn. |
| Il-President Fenech Adami awgura l-Malta | Community Chest Fund u l-volontarji fi ħdan il-fond, għal iktar ħidma fejjieda. |
| Dalgħodu fil-Palazz il-Belt, il-President u | s-Sinjura Fenech Adami kienu wkoll preżenti meta tfal minn diversi istituti ngħataw Bajd tal-Għid waqt waħda mill-attivitajiet li torganizza l-Malta Community Chest Fund fi żmien il-Għid. |
DOI – 26.03.2008
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984