STQARRIJA MIT-TAQSIMA PROPJETA TAL-GVERN
Il-pont imsemmi fl-istqarrija tal-Kunsill Lokali ta’ Birzebbugia, huwa illegali – ma intalab ebda permess biex inbena, la tal-Awtorita’ Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), u anqas permess ta’ sid l-Art li f’dan il-kaz huwa l-Kummissarju tal-Artijiet. Il-Kunsill Lokali ta’ Birzebbugia gie mitlub li jnehhi l-istruttura u fil-fatt is-Sindku ikkonferma bil-miktub li ser jaghmel dan. Id-Divizjoni Proprjeta’ tal-Gvern mhijiex kontra li jkun hemm xi struttura li taqdi l-funzjoni li ghalija sar dan il-pont, pero’ ma tistax tittolera li xi hadd jiehu l-inizzjattiva minghajr ma jimxi mal-ligijiet tal-pajjiz. Jekk dan jigi ttollerat, ikollu jigi ttollerat kull tip iehor ta’ abbuz, u dan igib biss anarkija. Hadd m’hu ‘l fuq mill-Ligi, anqas Kunsill Lokali. Jekk il-Kunsill Lokali ta’ Birzebbugia tassew ihoss illi ghandu jkun hemm pont fit-tali post biex jaqdi t-tali ghan, ghandu japplika mal-awtoritajiet koncernati biex isir il-pont, minflok jiehu l-ligi b’idejh.
DOI – 26.03.2008
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984