MALTA TIPPARTEĊIPA FL-INIZJATTIVA SIMBOLIKA EARTH HOUR
PR0518
26/03/2009
| Malta se tingħaqad ma’ ’l fuq minn 74 pajjiz | u territorju minn madwar id-dinja fl-inizjattiva Earth Hour 2009 li ser issir nhar is-Sibt 28 ta’ Marzu 2009. |
| Din l-inizjattiva għandha l-għan simboliku li | għal siegħa waħda, mit-8.30pm sad-9.30pm kulħadd jagħmel sforz favur il-klima u jitfi d-dwal. |
| Din hija inizjattiva maħsuba biex toħloq | għarfien u twassal messaġġ, filwaqt li tagħti eżempju ta’ inizjattivi li jistgħu jsiru favur l-ambjent. Il-Gvern jappella lil kulħadd sabiex jagħmel il-parti tiegħu u nhar is-Sibt li ġej jipparteċipa mal-bqija tad-dinja. |
| Il-Gvern se jimxi bl-eżempju u nhar is-Sibt | li ġej matul dik is-siegħa se jintfew id-dwal tal-Akwadott f’Sta Venera, Bieb il-Bombi u l-Monument tal-Gwerra fil-Floriana. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984