Left arrow Go Back

DISKUSSJONIJIET BILATERALI BEJN MALTA U T-TUNEŻIJA

PR0517
Date Icon 25/03/2009
Kumpaniji Maltin iħabbrużviluppi kummerċjali mat-Tuneżija
Malta u t-Tuneżija kellhomtaħditiet bilaterali fl-okkażjoni tas-Seba’ Sessjoni tal-Laqgħat Uffiċjali bejn uffiċjali tal-gvern taż-żewġ pajjiżi. Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Tonio Borg u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Tuneżija, Abdelwaheb Abdallah iddiskuttew għadd ta’ materji li jinkludu l-edukazzjoni, l-immigrazzjoni illegali, l-agrikoltura, l-akwakultura, it-turiżmu u l-IT. Iż-żewġ naħat iddiskutew ukoll ir-relazzjonijiet kummerċjali bejniethom u tkellmu dwar kif dawn jistgħu jissaħħu.
Iż-żewġ naħat iffirmaw ftehimta’ Koperazzjoni fl-edukazzjoni Ogħla, ix-Xjenza u t-Teknoloġija. Il-Kulleġġ Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST, wera l-interess tiegħu biex ikun hemm kollaborazzjoni fl-istess oqsma ta’ taħriġ vokazzjonali mat-Tuneżija.
Rappreżentanti mill-Istituttal-Istudji Turistiċi, l-ITS, urew ix-xewqa tagħhom li jkomplu jkattru l-kuntatti mal-Awtoritajiet Tuneżini biex iħarrġu lil studenti Tuneżini kif digà twettaq fil-passat.
Ġiet diskussa wkollil-possibbiltà li jingħata taħriġ fuq kwistjonijiet marbuta mal-ugwaljanza. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza se tistħarreġ il-possibbiltà li toffri taħriġ f’dan is-settur lill-uffiċjali Tuneżini u għaqdiet mhux governattivi tal-pajjiż.
Il-problema tal-immigrazzjoniillegali ġiet diskussa bejn ir-rappreżentanti taż-żewġ pajjiżi biex ikunu identifikati numru ta’ kwistjonijiet relatati mas-suġġett. Fid-dawl tal-esperjenza riċenti tal-proċess ta’ ripatrijazzjoni ta’ numru ta’ Tuneżini, iż-żewġ naħat iddiskutew kif jista’ jissaħħaħ il-proċess relatat mad-dokumenti meħtieġa f’dan ir-rigward.
Intlaħaq ftehim bejnid-dipartiment tal-Agrikoltura ta’ Malta u l-Ministeru tal-Agrikoltura u r-Riżorsi Idrawliċi tat-Tuneżija biex tkun estiża l-koperazzjoni fis-settur tal-agrikoltura, speċjalment f’dawk tas-siġar taż-żebbuġ, taċ-ċitru u oħrajn. Fil-qasam tal-Akwakultura, iż-żewġ naħat qablu li jaraw il-possibbiltà ta’ taħriġ ta’ studenti Tuneżini f’Malta.
Id-delegazzjoni Tuneżina ngħatattagħrif dwar is-suċċessi li qed tikseb Malta fil-qasam tal-IT, b’attenzjoni partikolari fuq il-Proġett SmartCity.
Tħabbar ukoll li ġew stabbilitikuntatti diretti bejn il-Kunsill Lokali ta’ La Goulette fit-Tuneżija u dak ta’ Marsascala. Dan bil-ħsieb li jkunu identifikati oqsma ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borgħabbar li kumpanija lokali daħlet fi ftehim ma’ kumpanija Tuneżina biex tibda tipprovdi taħriġ relatat ma’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol kif ukoll taħriġ speċjalizzat dwar tifi u kontroll ta’ nirien. Din il-kumpanija Maltija se tibda tipprovdi dawn is-servizzi fit-Tuneżija.  Kumpanija oħra lokali ħabbret ukoll li se bdiet il-proċess biex tesporta lejn it-Tuneżija apparat li jipproduċi l-enerġija alternattiva. Dan il-ftehim intlaħaq b’riżultat tal-laqgħat li saru bejn imprendituri Maltin u delegazzjonijiet kummerċjali mit-Tuneżija li akkumpanjaw lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tuneżin.
In-negozjanti Maltin kellhom ‘ilfuq minn 120 laqgħa ma’ 14-il kumpanija Tuneżina preżenti f’Malta fl-aħħar jumejn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow