Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TA’ ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET

PR0484
Date Icon 20/03/2009

L-Għaqda Bormliża 19 ta’ Novembru 1944 m’għandha ebda titlu fuq il-maħżen f’Bormla

Hija ħasra li fis-servizztal-aħbarjiet ta’ One TV tal-bieraħ b’referenza għall-ordni mill-Kummissarju tal-Artijiet ta’ żgumbrament minn sit f’Bormla, ittieħed il-kumment tas-Sindku tal-lokal u mhux il-kumment ta’ uffiċjal tal-Gvern, biex ikun jista’ jiġi spjegat eżatt kif ġraw u kif huma l-affarijiet.  Agħar minn hekk, is-Sindku għażel li jattribbwixxi motivi partiġġjani għall-għemil tad-Dipartiment tal-Artijiet meta l-fatti juru ferm mod ieħor.
L-għaqda msemmija fis-servizz tal-aħbarjietm’għandha ebda titlu fuq il-maħzen.  Apparti minn hekk il-maħzen in kwestjoni huwa kkundannat, u b’hekk huwa ta’ periklu għal min juzah.  Dan joħrog minn twissija li s-Sovrantendenza għall-Fortifikazzjonijiet kienet għamlet lid-Dipartiment tal-Artijiet fejn qalet li kien hemm ħsara strutturali fil-maħzen, illi huwa ta’ periklu għal min juzah.  L-ittra tas-Sovrantendenza tkompli li l-maħzen jinħtieġlu restawr estensiv, għax kif inhu, huwa ta’ periklu.
F’każ ta’ inċident li jista’ jseħħ fil-proprjeta’,sid l-art, jiġifieri il-Kummisarju tal-Artijiet huwa legalment responsabbli.  Għalhekk il-Kummissarju tal-Artijiet kien fl-obbligu li jara li ma jibqax isir użu minn post li huwa ta’ periklu kbir għal min juzah.
Huwa ta’ għajb li l-Oppożizzjoni Laburistagħażlet li tikkundanna l-aġir tad-Dipartiment tal-Artijiet minflok jinkoraġġih u jsostnih fil-ħidma tiegħu kontra l-abbuż tal-proprjeta’ u favur is-saħħa u l-inkolumita’ tal-pubbliku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow