Jitfakkar il-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Konsumatur f’Għawdex
PR0479
19/03/2009
| Wara l-attività ta’ | suċċess li ġiet imtellgħa nhar il-Ħadd li għadda f’Ta’ Qali, id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, se tfakkar ukoll il-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Konsumatur fil-gżira ta’ Għawdex. |
| Din l-attività, | għandha l-għan li tippromwovi t-tmien drittijiet bażiċi tal-konsumatur u twassal il-messaġġ permezz ta’ l-informazzjoni. It-tema ewlenija ta’ din is-sena hija r-Reklamar fatt jew ħrafa? L-effett ta’ l-ikel u x-xorb fuq is-saħħa. Għal dan il-għan l-attività f’Għawdex ser tkun immirata biex iżżid l-għarfien dwar dawn id-drittijiet permezz ta’ informazzjoni relatata magħhom fil-waqt li ser tingħata wkoll informazzjoni fuq l-importanza ta’ ikel bnin. |
| Kull | min ser jattendi għal din l-attività se jingħata materjal informattiv dwar it-tmien drittijiet bażiċi tal-konsumatur, kif ukoll informazzjoni dwar kif il-konsumatur għandu jagħżel l-aħjar ikel għal saħħtu. Din l-attività se tinkludi wkoll logħob u attivitajiet oħra għat-tfal. |
| Waqt | din l-attività, il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono se tindirizza lill-parteċipanti kif ukoll se tqassam ir-rigali lir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tar-rivista Sagħtar u Tagħna t-Tfal. |
| L-attività ser tiġi mtellgħa quddiem iċ-Ċentru | għal Studji Ogħla Sir M.A. Refalo ġewwa r-Rabat (quddiem Villa Rundle) nhar is-Sibt 21 ta’ Marzu, bejn id-9.00 ta’ filgħodu u s-1.00 ta’ wara nofsinhar. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984