linji gwida dwar il-qtugħ tal-friegħi tal-palm fl-okkażjoni ta’ Ħadd il-Palm u l-festi marbuta mal-Għid, b’rabta mal-prevenzjoni tal-firxa tal-bumunqar l-ahmar
PR0477
19/03/2009
| Hija tradizzjoni li | l-friegħi tal-palm ta’ l-ispeċi Phoenix jintużaw fil-funzjonijiet li jsiru nhar Ħadd il-Palm kif ukoll f’wirjiet li jiġu organizati matul il-Ġimgħa Mqaddsa. |
| Id-Dipartiment | għas-Saħħa tal-Pjanti jfakkar li trid tingħata attenzjoni l-aktar fuq il Canary Palm (Phoenix canariensis) li lokalment hija waħda mill-iktar speċi suxxettibbli għall-Bumunqar l-Aħmar tal-Palm Red Palm Weevil. Din l-ispeċi hija fost l-akbar siġar tal-palm li jikbru. Jistgħu jikbru sa għoli ta’ 15–il metru, għandhom friegħi twal u ħodor, u l-bażi tagħhom tniggeż. |
| Malta, flimkien ma’ | pajjiżi oħra Ewropej bħalissa qed tiffaċċja l-problema tal-marda tal-Bumunqar l-Aħmar tal-Palm, li hija ħanfusa li tħaffer il-palm u kapaċi toqtol is-siġar f’perjodu qasir ta’ żmien. Din il-ħanfusa kapaċi ttir fuq siġar tal-palm oħra. Friegħi tal-Palm li jintużaw għal skop ornamentali jridu jkunu ħielsa mill-mard tal-Bumunqar l-Aħmar tal-Palm. |
| Avviż Legali 42 | tal-2009 jipprovdi li, sabiex isir żbir tal-palm jeħtieġ il-permess tad-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti. Is-siġar tal-palm li minnhom isir iż-żbir tal-friegħi għandhom jiġu mbexxa b’pestiċidi adatti wara ż-żabra. Dan it-trattament għandu jiġi ripetut għal tlett darbiet konsekuttivi biex nipproteġu bl-aħjar mod is-siġar. Il-palm kollu li minnhom jinqatgħu il-friegħi għandhom ikunu reġistrati mad-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti. |
| Il-friegħi għandhom | jiġu maqtugħa żgħar kemm jista jkun sabiex jitnaqqsu l-partijiet infettati li ġeneralment tkun ikkonċentrata fil-parti t’isfel tal-fergħa. Il-bażi tal-fergħa li tkun inqatgħet għandha tiġi mgħottija b’taħlita taż-żabra li taqgħad fuq il-ferita għaliex il-Bumunqar l-Aħmar tal-Palm jiġi attirat minn dan il-qtugħ frisk sabiex jiddepozita l-bajd. |
Sabiex jiġi kkontrollat dan il-mard id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti iħeġġeġ għal koperazzjoni tal-pubbliku f’dawn l-attivitajiet ħalli dawn id-drawwiet jitkomplew mill-ġenerazzjonijiet futuri. Għal aktar informazzjoni u gwida wieħed għandu jikkuntattja lis-sezzjoni tas-Sorveljanza u l-Ispettorat fi ħdan id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti fuq 23397545 jew permezz tal-freephone 80072310. Wiehed jista’ jagħmel uzu mill-email plantquarantine@gov.mt jew iżur is-sit www.planthealth.gov.mt
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984