TINTEMM IL-KAMPANJA GREEN RIBBONS
PR0474
18/03/2009
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | George Pullicino poġġa sfida ambjentali quddiem l-istudenti tal-iskola sekondarja tal-bniet fi ħdan il-Kulleġġ Santa Margerita u qalilhom li għandu fiduċja kbira li huma kapaċi jiksbu l-bandiera l-ħadra għall-iskola tagħhom. Il-Ministru Pullicino qal dan meta indirizza l-istudenti tal-iskola f’għeluq il-kampanja GREEN RIBBONS, li ħadmu b’inizjattiva tagħhom biex iqajmu kuxjenza ambjentali fost sħabhom l-istudenti u fost żgħażagħ oħra fis-soċjeta`. |
| Il-Ministru George Pullicino, f’isem ukoll | il-kollega tieghu mill-Oppozizzjoni responsabbli mill-Ambjent, Leo Brincat, li wkoll kien preżenti, radd ħajr lill-iskola sekondarja tal-bniet fi ħdan il-Kulleġġ Santa Margerita għal din l-inizjattiva ambjentali GREEN RIBBONS li fi kliemu fiha l-komponenti kollha meħtieġa biex wieħed jista’ jgħid li fil-qasam ambjentali miexi fid-direzzjoni t-tajba. Kien f’dan il-kuntest li appella lill-istudenti sabiex jidħlu għall-proġett eko-skola u jaslu sabiex iġibu għall-iskola tagħhom il-bandiera l-ħadra. Ma naqasx milli jirreferi għall-mod kif l-istudenti fil-kumitat li ħadem fuq din l-inizjattiva, għenu lill-Gvern ċentrali fil-ħolqien ta’ kuxjenza ambjentali. |
| George Pullicino semma’ anki ż-żjarat li | l-istudenti għamlu, fosthom, fl-impjant għar-riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin. Irringrazzjahom għax qal li kien bis-saħħa tagħhom ukoll li fl-aħħar sena ttrippla l-ammont ta’ skart riċiklat. Huwa faħħar ukoll lill-istudenti li mexxew il-proġett GREEN RIBBONS fejn qal li jagħtu tagħlima lill-pajjiż fejn tidħol ir-responsabbilta` li kull ċittadin għandu jerfa’ biex l-ambjent jitjieb. |
| Intant, indirizza lill-istudenti wkoll | is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Djalogu Pubbliku u l-Informazzjoni, Dr Chris Said, li qal li l-inizjattiva tal-istudenti bniet tinkwadra tajjeb ħafna fil-kampanja SWITCH li l-Gvern nieda ftit ilu biex jinjetta fil-poplu bidla fil-kultura, biex kulħadd ikun jista’ igawdi ambjent aħjar. Faħħar dawk li sejjaħ l-għaxar kmandamenti ambjentali li ħarġu bihom l-istudenti fuq fuljett li ħolqu apposta u qassmu fost l-istudenti sħabhom u fost żgħażagħ f’postijiet differenti, bħall-MCAST u l-Universita`. Zied jgħid li moħħ dawn l-istudenti ġera qabel il-Gvern tant li ħolqu qablu t-tali inizjattiva. Ħeġġiġhom jibqgħu jxerrdu ma’ ħaddieħor dak li tgħallmu u qed jitgħallmu huma. |
| Meta indirizza lill-mistiedna distinti, | lill-istaff u lill-istudenti, il-Kap tal-Iskola James Camilleri ħabbar li fil-Kampanja nġabru mas-€600, inkluż donazzjoni ta’ €100 mill-Ministru George Pullicino. |
| Preżenti wkoll għaċ-ċerimonja tal-għoti | taċ-ċertifikati lill-istudenti li mexxew il-kampanja GREEN RIBBONS, kien hemm ukoll iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Profs Arnold Cassola; is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Dr Chris Bezzina; id-Direttur tal-Kurrikulu Ray Camilleri; u l-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita, Sandro Spiteri. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984