Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, FL-OKKAŻJONI TAL- FTUĦ TAL-ESIBIZZJONI ANNUS PAULINUS – IT-TLIETA 17 TA’ MARZU 2009

PR0470
Date Icon 18/03/2009
Huwa l-pjaċir tiegħi li nkun hawn magħkom biexflimkien niftħu din l-esibizzjoni Annus Paulinus.
Esibizzjoni li mhux biss turina l-kapaċitàartistika ta’ John Martin Borg imma wkoll esibizzjoni li tgħinna ngħożżu l-identità u l-valuri tal-poplu Malti.  Il-miġja ta’ San Pawl f’Malta hi l-akbar ġrajja fl-istorja ta’ pajjiżna li ffurmat l-identità u sawret il-valuri tagħna bħala Maltin.
F’dinja li donnha trid tpoġġi fid-dubju dakkollu li nemmnu fih u dak li għal ħafna snin konna nqisu bħala fatti storiċi innegabbli, wirja bħal din għandha tkompli ssaħħaħna mhux biss fit-twemmin tagħna imma għandha wkoll tafferma l-veritajiet li wasslulna missirijietna u li huma konfortati b’fatti u b’dokumenti dwar din l-isbaħ paġna fl-istorja ta’ Malta – il-miġja ta’ San Pawl li ġabilna l-fidi nisranija.
F’soċjetà li qiegħda ssir aktar globalizzata,hemm it-theddida li nitilfu l-identità partikulari tagħna.  Għalhekk hemm bżonn li nħarsu l-identità tagħna aktar minn qatt qabel u nemmen li l-arti tista’ tkun tieqa moderna li minnha nuru u nesponu din l-identità li tagħmilna Maltin.
L-importanti hu, u nemmen li din l-esibizzjoniturina biċ-ċar, li l-identità hemm bżonn tiġġedded ukoll maż-żmienijiet.  Għalkemm tibqa’ msawra fina bħala poplu, irridu nħaddnuha fl-individwalità tagħna wkoll.  Hekk jagħmel l-artist.  Permezz tal-pitturi tiegħu, John Martin Borg, qiegħed jesprimi ruħu u l-emozzjonijiet tiegħu bbażati fuq din l-identità u l-valuri ta’ poplu.  Għalhekk l-espressjoni individwali għanda rwol importanti fil-ħarsien u fit-tiġdid tal-identità tagħna.  L-individwu kapaċi jssaħħaħ dawn il-valuri kollettivi permezz tal-kontribut tiegħu.  John Martin Borg qiegħed jagħmel dan bil-pitturi tiegħu u nixtieq nifraħlu u nirringrazzjaħ tal-kontribut tiegħu.
Tikkumplimenta din l-espressjoni individwalihawn ukoll esibiti numru ta’ oġġetti arkeoloġiċi u storiċi li jkomplu jgħinnu lill-viżitatur fil-mixja li tiskopri u saħħaħ l-identità tal-poplu tagħna.
Hawhekk nixtieq nirringrazzja lil Heritage Maltau lid-Dipartiment tal-Istorja ta’ l-Arti tal-Università ta’ Malta għax-xogħol tagħhom f’din l-esibizzjoni.  Qed naraw fil-prattika kollaborazzjoni interessanti fejn flimkien max-xogħlijiet artistiċi ta’ John Martin Borg, l-arti moderna tingħaqad mal-passat storiku b’mod innovattiv u informattiv.
Filwaqt li nawgura lil John Martin Borg aktarsuċċessi fil-karriera artistika tiegħu, nispera li jkun hemm aktar kollaborazzjonijiet ta’ din it-tip li jkomplu jġeddu l-identità tagħna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow