Left arrow Go Back

REKORD TA’ 400 LAQGĦA BEJN SIDIEN TA’ NEGOZJI MALTIN U KONSLI BARRANIN GĦAL MALTA F’TEMP TA’ FTIT SIEGĦAT

PR0455
Date Icon 16/03/2009
“Il-Konferenza tal-Konsli Onorarji li saretf’Malta matul il-ġimgħa li għaddiet, mistennija tħalli l-frott tagħha f’iktar interess għall-investiment barrani f’Malta u għall-Maltin li jixtiequ jkabbru n-negozju tagħhom barra minn xtutna.” Hekk stqarr il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg, dwar il-Konferenza li ġiet organizzata mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, bejn nhar l-Erbgħa 11 ta’ Marzu u l-Ġimgħa 13 ta’ Marzu u li fiha ħadu sehem ’il fuq minn 80 konslu għall-Malta, li kellhom iktar minn 400 laqgħa ma’ intraprendituri Maltin. Dawn it-80 Konslu ġew minn 49 pajjiż differenti minn madwar id-dinja kollha.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg faħħar ukolll-entużjażmu li urew l-intraprendituri u sidien ta’ negozji Maltin għal-laqgħat li ġew organizzati speċifikament għalihom mal-Konsli Onorarji. Huwa qal li r-rispons ta’ dawn il-kumpaniji, juri kif minkejja d-diffikulta’ fis-settur ekonomiku dinji, in-negozjanti Maltin qed jifhmu l-messaġġ tal-Gvern u jibqgħu jippersistu, jaħtfu u saħanistra joħolqu l-opportunitajiet biex ikunu jistgħu ikabbru l-investimenti tagħhom.
Minnrispons li taw bosta mill-Konsli li pparteċipaw f’din il-konferenza deher biċ-ċar li r-rabtiet tagħhom ma’ Malta huma fis-sod u li lesti jkomplu l-missjoni tagħhom li jkunu ambaxxaturi tal-kummerċ għall-pajjiżna barra minn xtutna. Il-Konsli Onorarji li jirrapreżentawna f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, kemm dawk fl-Ewropa iżda wkoll dawk mill-Asja, l-Afrika, l-Awstralja, l-Istati Uniti kif ukoll l-Amerika Latina, huma ta’ importanza kbira għal Malta biex tkompli ssaħħaħ il-Politika Barranija tagħha fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.
F’kummenti li taw lil ġurnalisti preżenti,il-Konsli urew is-sodisfazzjon tagħhom għall-organizzazzjoni ta’ din il-konferenza u faħħru l-mod ta’ kif il-Gvern qed imexxi l-politika fiskali u ekonomika u li bil-miżuri li ħa u li qed jieħu, il-Gvern Malti qed jirnexxielu jilqa’ għall-mewġ li ġej minħabba l-kriżi ekonomika internazzjonali li laqtet lill-bosta pajjiżi. Huma faħħru wkoll il-pass importanti li għamlet Malta fl-introduzzjoni tal-munita ewro, li bosta jemmnu li din tat spinta ’l quddiem lil Malta, fetħet opportunitajiet ġodda ta’ kummerċ u għamlitha iktar faċli biex huma jinvestu f’pajjiżna.
Fit-tliet ijiem tal-Konferenza, il-Konslingħataw diversi preżentazzjonijiet fl-oqsma l-iktar importanti tal-pajjiż. Fost is-suġġetti li ġew diskussi mal-Konsli hemm dawk tat-turiżmu, l-investiment, is-settur finanzjarju, is-settur marittimu u oħrajn.
Fil-Konferenza tkellem fost l-oħrajn il-Ministrugħall-Finanzi l-Ekonomija u l-Investiment Tonio Fenech, il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni Austin Gatt, u s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu Mario De Marco. Fost oħrajn tkellmu wkoll iċ-Chairman tal-Malta Enterprise Alan Camilleri, iċ-Chairman ta’ FinanceMalta Joseph Zammit Tabona, u ċ- Chairman tal-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-Professur Joseph Bannister.
Bħala parti mill-programm, u fl-istess waqt biexisiru jafu iktar dwar il-potenzjal li Malta toffri fid-diversi setturi ekonomici tagħha, fl-aħħar ġurnata tal-konferenza l-Konsli ttieħdu f’kumpaniji lokali fis-settur tat-Trasport, tal-Edukazzjoni u dak Bankarju. Fl-istess ġranet sar programm ieħor għall-familjari tal-Konsli li ttieħdu f’diversi postijiet ta’ interess turistiku f’Malta fosthom fil-Belt Valletta, fl-Imdina u f’Wied Iz-Zurrieq.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow