STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
PR0449
14/03/2009
| B’referenza għall-kummenti tal-Kap | tal-Oppożizzjoni ta’ dal-għodu, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment isostni li l-Gvern dejjem mexa b’serjeta’ u qatt ma poġġa lilu nnifsu ‘l fuq mid-decizjonijiet tal-Qrati. |
| Il-Gvern | dejjem kien ċar fir-risposti tiegħu. Mhux hekk l-Oppożizzjoni. L-Oppożizzjoni fil-programm elettorali qatt ma qalet l-Gvern kien qiegħed jiġbor xi ħlasijiet b’mod illegali. Bl-istess mod lanqas ma qalet li jekk titla’ fil-Gvern tagħti l-flus li nġabru lura. Dan jixhed il-kejl differenti li tuża’ l-Oppożizzjoni fl-istrateġija politika. |
| Fix-xhur | li għaddew, il-Gvern kien diġa qal li joqgħod għad-deċiżjonijiet li jagħtu l-Qrati. Il-Gvern kien qal dan saħansitra qabel mal-Kummissjoni Ewropea, qalet li persuna li tħoss li għandha tfittex rimedju tista’ tagħmel dan fil-Qorti lokali. |
| Il-Gvern | kien għamel din id-dikjarazzjoni, meta kien hemm individwi li ħadu l-kas tagħhom il-Qorti. |
| L-Oppożizzjoni | għawġet il-fatti u wara li webblet lin-nies li kellhom dritt awtomatiku għal xi flus, wara ftit tal-jiem kellha tammetti li l-Kummissjoni Ewropea qatt ma qalet hekk. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984