Diskors mill-Onor. Dr Chris Said waqt il-laqgħa tas-Sindki dwar it-Tibdil fil-Klima
PR0448
14/03/2009
| “Nemmen | li l-argument dwar il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima m’għandux ikun inidirizzat biss mill-gvern ċentrali. Il-gvern lokali għandu jagħraf li għandu responsabbilita` biex jixpruna ideat għal soluzzjonijiet sostenibbli fuq livell lokali, u jinforma liċ-ċittadini dwar miżuri effikaċi għal ambjent aħjar. B’dan il-mod inkunu qed naħdmu biex jinħoloq sens ta’ ownership u responabbilita` favur il-ħarsien tal-ambjent fuq livell individwali, fil-lokalitajiet tagħna.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni waqt il-laqgħa tas-Sindki kollha ta’ Malta u Għawdex li nżammet f’Għawdex dwar it-Tibdil fil-Klima, is-Sibt. |
| Chris | Said tenna li ma rridux nagħmlu l-iżball li nemmnu li l-kwistjonijiet marbutin mal-bidla fil-klima u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra huma kwistjonijiet astratti, u li allura nħalluhom f’idejn il-mexxejja tal-pajjiżi biex jissolvew. Is-soluzzjoni għall-isfida tal-bidla fil-klima tinsab f’kull wieħed u waħda minna, fid-djar u fl-uffiċini tagħna. Biex negħlbu l-isfidi globali li għandna jeħtieġ li lkoll nilqgħu u nimplimentaw il-bidliet li hemm bżonn fl-istil ta’ ħajja tagħna. Ħafna drabi n-nuqqas ta' nformazzjoni tissemma bħala raġuni importanti għalfejn individwi ma jagħmlu xejn biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.Dan il-fatt jindika li r-rwol tal-awtoritajiet lokali hawnhekk huwa kruċjali. Għalhekk hemm bżonn ta' appoġġ sod minn komunitajiet lokali għal ġlieda b'suċċess kontra t-tibdil fil-klima. |
| Chris | Said rringrazzja lill-Kunsilli Lokali kollha ta’ Għawdex tal-impenn tagħhom favur il-kampanja Switch. Il-Kunsilli Lokali kollha ta’ Għawdex daħlu għall-kampanja bi ħġarhom biex iwasslu l-messaġġ favur l-użu aħjar tal-enerġija. Qassmu posters ta’ Switch ġewwa l-ħwienet, stabbiliment u postijiet pubbliċi fil-lokalitajiet Għawdxin, u l-ktejjeb “Dawn Raw id-Dawl… Int Rajtu?” ukoll sab ruħu fid-djar kollha ta’ Malta u Għawdex. Permezz tal-fuljetti u rivisti tal-Kunsilli Lokali qed jitkompla jitwassal il-messaġġ favur l-użu aħjar tal-enerġija fil-lokalitajiet. Il-kampanja issa daħlet fit-tieni fażi tagħha fejn il-Gvern irid ikun ħafna aktar iffukat fil-messaġġ tiegħu u qed jindirizza l-bżonnijiet speċifiċi ta’ oqsma differenti tal-popolazzjoni. Bħala eżempji ta’ din it-tieni fażi, is-Segretarju Parlamentari semma l-logħba “Which Switch?”, għodda edukattiva li qed iddur l-iskejjel, kif ukoll. t-town hall meetings fejn qed jiġu ndirizzati l-anzjani u n-nisa tad-dar fiċ-ċentri tal-lokalitajiet. Chris Said rringrazzja lill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li organizza l-ewwel town hall meeting f’Malta, kif ukoll lill-Kunsill tax-Xewkija li għamel l-ewwel wieħed f’Għawdex. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għamel referenza għal miżuri oħra tal-gvern għall-konservazzjoni tal-enerġija u għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Dawn jinkludu l-iskema għal xiri ta’ sistemi għall-użu domestiku, it-tqassim ta’ bozoz energy saving b’xejn, u l-iskema Energy Saving bl-iskop li tinċentiva lill-Kunsilli Lokali jaħdmu fuq proġetti ghall-ħarsien tal-ambjent. Chris Said għamel aċċenn ukoll għall-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika mifruxa fuq perijodu ta’ 8 ġimgħat dwar l-istrateġija nazzjonali ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-edukazzjoni hija dejjem l-iktar għodda importanti biex il-kommunitajiet tagħna jifhmu l-benefiċċji u l-konsegwenzi ta’ soluzzjonijiet diversi fl-użu tal-enerġija u l-Kunsilli Lokali għandhom jieħdu l-inizjattiva u jkunu attivi fl-implimentazzjoni ta’ dan il-proċess. Irridu naraw kif is-sostenibbilita` ssir part integra mill-impenji tagħna fit-twettiq ta’ proġetti fil-lokalitajiet tagħna, temm jgħid Chris Said. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984