Left arrow Go Back

Emenda biex min se jkun imsiefer fis-6 ta’ Ġunju jivvota ĠimgĦa qabel

PR0447
Date Icon 14/03/2009
Il-Gvern se jressaq emendaquddiem il-Parlament biex kull min mhux se jkun Malta fis-6 ta’ Ġunju,  ikun jista’ jivvota s-Sibt 30 ta’ Mejju 2009.
Il-Prim Ministru LawrenceGonzi kiteb lill-Kummissjoni Elettorali fejn informaha b’dak li se jagħmel il-Gvern biex min ikun imsiefer fis-6 ta’ Ġunju jkun jista’ jivvota ġimgħa qabel.
Fl-ittra tiegħu, il-PrimMinistru qal li “Il-Gvern ma jaqbilx mas-suġġeriment tal-Kummissjoni Elettorali li jiġi provdut ajruplan ħalli jġib lill-atleti Maltin minn Ċipru sabiex jivvutaw fl-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew ta’ Ġunju u jerġa’ jeħodhom lura.
Pass bħal dan ikunjiddiskrimina kontra kull min, fil-jum tal-votazzjoni, ikun barra mill-pajjiż għal raġunijiet oħra validi, inkluż raġunijiet ta’ saħħa, edukazzjoni, volontarjat eċċ.
Għalhekk il-Gvern se jressaqquddiem il-Parlament emenda sabiex kull min mhux ser ikun Malta fis-6 ta’ Ġunju, wara dikjarazzjoni ġuramentata, se jkun jista’ jivvota s-Sibt 30 ta’ Mejju - hekk ittemm l-ittra tal-Prim Ministru.
F’ittra oħra lill-KummissjoniElettorali dwar il-prassi tal-Air Malta li toħroġ biljetti bi prezz ridott għal dawk il-persuni li għandhom dritt jivvutaw biex jiġu Malta u jivvotaw fil-ġurnata tal-elezzjoni, il-Prim Ministru kiteb li “Il-Gvern iqis li fl-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Ġunju 2009 għandha tiġi segwita l-istess prassi li ntużat fl-Elezzjoni li saret fl-2004 għar-rigward tas-servizz mogħti mill-Air Malta lill-votanti reġistrati.
Madanakollu, in vista li l-votantif’din l-elezzjoni se jkunu dawk biss reġistrati fir-Reġistru Elettorali li jmiss, l-Air Malta ma tistax tibda l-preparazzjoni tagħha qabel il-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Reġistru.”
Il-Kummissjoni f’ittra lill-PrimMinistru kienet qalet li jekk se tiġi segwita l-prassi tas-soltu, id-direttiva lill-Air Malta għandha toħroġ aktar kmieni mis-soltu.  Madanakollu din id-direttiva ma tistax toħroġ għalissa għaliex ir-Reġistru Elettorali li fuqu se ssir l-elezzjoni għadu ma ħariġx.
L-ittri tal-Prim Ministru qedjigu pubblikati ma’ din l-istqarrija.

…pr0447a.pdf -emenda, pr0447b.pdf - Airmalta

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow