STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0444
13/03/2009
| Reazzjoni | għal-istqarrija tal-Oppożizzjoni Laburista. |
| Għal kuntrarju | tal-Oppożizzjoni Laburista l-Gvern la ħeba l-esperti tiegħu u lanqas ir-rapporti. Din l-istqarrija tal-Onor Brincat turi kemm l-Oppozizzjoni Laburista ma sabitx punti fejn tista’ tikkritika l-istrateġija u minflok qed tipprova ssib truf bla bażi ta’ xejn basta tkun qeda tikkritika. Dan juri kemm verament l-oppożizzjoni ma tagħlmet xejn mill-passat lanqas mill-iżbalji li għamlet fir-rigward tal-impjant ta’ Sant’Antnin. Il-Gvern jistieden lil Onor Brincat sabiex hu stess jiġi jżur il-faċilitajiet li tlestew sabiex jara b’għajnejh il-progress li sar f’dan il-qasam f’pajjiżna. |
| Bil-pubblikazzjoni tad-dokumenti kollha relatati | mal-immaniġjar tal-iskart, inkluż is-Situation Audit tal-2005, il-Gvern wera kemm m’għandu xejn x’jaħbi tant li dan id-dokument issemma fl-ewwel reviżjoni tal-istrateġija maħruġa għal konsultazzjoni pubblika. Dan id-dokument li għalih irrefera l-Onor Brincat, ġie ppublikat minkejja li l-ewwel reviżjoni tal-istrateġija ma teħtieġ l-ebda dokument ieħor biex tiftiehem. Il-Gvern ma għandu l-ebda problema li jippubblika dan id-dokument tant li fit-termini ta’ referenza tal-kumitat, li sawwar dan l-istess dokument, hemm ċar u tond li dan ir-rapport kellu jitlesta qabel tibda titħejja r-reviżjoni tal-istess strateġija. |
| Is-Situation | Audit tal-2005 saret biss qabel ma beda jiġi msawwar l-aġġornament tal-istrateġija. Abbażi ta’ dan is-Situation Audit tal-2005 inġabu ‘l fuq minn nofs miljun ewro f’assistenza teknika ħalli l-pajjiż ikompli jissaħħaħ fil-kapaċitajiet tiegħu f’dak li jirrigwarda l-iskart. |
| Id-data tas-Situation | Audit tal-2005 timplika li sal-lum għaddew erba’ snin u l-progress jista’ jarah kulħadd u jmissu b’idejh. Minn dakinhar sal-lum tlesta l-impjant ta’ Sant’ Antnin minkejja l-ħsara kollha li għamlet l-Oppożizzjoni Laburista. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984