Left arrow Go Back

TITJIB FIL-KUNDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL TA’ ĦAFNA KINDERGARTEN ASSISTANTS

PR0442
Date Icon 13/03/2009
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura,Zgħazagħ u Sport jinsab impenjat li jttejjeb il-kwalita’ tat-tagħlim u l-ħarsien li jingħata lil tfal ta’ eta` bikrija waqt li għadhom fil-kindergarten.  Dan qed isir billi n-numru kbir ta’ kindergarten assistants li għal snin twal taw servizz utli ħafna lit-tfal tagħna, jingħataw ir-rikonnoximent li jixirqilhom għall-esperjenza li huma kisbu fil-ħidma tagħhom. B’hekk jingħelbu diffikultajiet li kien hemm fl-aħħar snin u dawn il-ħaddiema jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.  Waqt li se jingħata rikonnoximent għal din l-esperjenza, il-kindergarten assistants se jkollhom l-opportunita’ li jtejbu l-kwalifiki tagħhom biex ikunu assimilati fil-grad ta’ kindergarten assistants.
Skont il-ftehim milħuq bejnil-Gvern u l-MUT f’Lulju tas-2007, għandu jkun hemm żewġ tipi ta’ kindergarten assistants; kindergarten assistants I u kindergarten assistants II.  Id-differenza bejn it-tnejn hi kwistjoni ta’ kwalifiki.  Persuni b’ċertifikat huma eliġibbli għall-KG I, waqt li dawk b’diploma għall-KG II.
Is-sejħa għaż-żewġ kategorijita’ kindergarten assistants ħarġet is-sena l-oħra.  Kif għalqet is-sejħa, l-applikazzjonijiet ġew evalwati u dawk li kienu eliġibbli ġew imsejjħa għall-intervista; jiġifieri dawk b’ċertifikat għal KG I u dawk b’diploma għal KG II.  Xi applikanti li kellhom ċertifikat partikolari li kien kors ta’ sentejn “full time” mogħti minn dik li kienet id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni ħassew li l-kwalifika tagħhom kienet komparabbli għal-livell ta’ diploma.  Dawn staqsew lill-Malta Qualifications Recognition Information Centre għal dikjarazzjoni ta’ komparabbilita’. Din id-dikjarazzjoni turi li din il-kwalifika kienet komparabbli u għalhekk saru eliġibbli għall-KG II.
Għal din ir-raġuni d-Direttoratgħas-Servizzi Edukattivi kellu jerġa’ jevalwa kull applikazzjoni u min kien applika għal KG II u kellu l-kwalifika li saret riferenza għaliha  aktar kmieni f’dan l-artiklu kien ikkunsidrat eliġibbli u b’hekk kellu jerġa’ jinfetaħ il-proċess tal-intervisti.  Dawn saru, il-proċess ingħalaq u r-riżultati kienu pubblikati.  Dawk li għaddew kienu avviċinati u offruti xogħol bħala KG II. Numru sostanzjali minnhom diġa’ bdew jagħtu servizz lit-tfal ċkejknin fl-iskejjel.
Is-sejħa tal-KG I għadha qedtiġi proċessata għall-istess raġunijiet. Il-kwalifika meħtieġa kienet dik ta’ livell ta’ Ċertifikat.  Kien hemm applikanti li kellhom ċertifikat tal-ETC u dawn ħassew li kien komparabbli għall-kwalifika meħtieġa.  Dawn l-applikanti staqsew lill-Malta Qualifications Recognition Information Centre għal dikjarazzjoni ta’ komparabbilita’.  Dan iċ-ċertifikat instab komparabbli għaċ-ċertifikat meħtieġ u għalhekk id-Direttorat kellu jerġa’ jevalwa kull applikazzjoni u dawk li kellhom dan iċ-Ċertifikat partikolari maħruġ mill-ETC, qed jissejħu għall-intervista.  Dawn l-intervisti se jintemmu l-ġimgħa d-dieħla u r-riżultati mistennija li joħorġu fil-futur qrib.
Il-Ministeru u d-Direttoratgħas-Servizzi Edukattivi jifhmu wkoll li hemm numru ta’ kindergarten assistants fl-iskejjel li ilhom jagħtu servizz għal diversi snin, xi wħud għal aktar minn 30 sena.  Il-Ministeru u d-Direttorat jirrikkonoxxu li dawn taw servizz tajjeb u għandhom esperjenza twila fil-qasam.  Dawn kollha jridu jiġu assimilati fiż-żewġ kategoriji; jiġifieri KG I jew KG II.  Il-Ministeru u d-Direttorat ħadu l-inizjattiva biex flimkien ma’ l-MUT fasslu dokument biex min għandu ċerta esperjenza jkollu l-opportunita’ li jkun assimilati f’kategorija skont l-esperjenza tagħhom.  Diskussjonijiet dwar dan qegħdin fi stadju avvanzat u issa d-Direttorat qed jistenna l-aħħar approvazzjonijiet biex jassimila lil dawn l-impjegati.  B’dan il-mod, il-Ministeru u d-Direttorat ikunu qed jirrikonoxxu l-esperjenza akkwistata li hija ta’ valur kbir.
Il-Ministeru u d-Direttorat għalServizzi Edukattivi huma mpenjati biex il-proċessi ta’ għażla jimxu bl-aktar mod trasparenti, bil-għaqal u bir-reqqa, fl-aqsar żmien possibbli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow