ĦADDIEMA FIL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX JATTENDU KORS LI JOFFRI TAĦRIĠ DWAR RISK MANAGEMENT IFFINANZJAT MINN FONDI EWROPEJ
PR0441
13/03/2009
| Ħaddiema fil-Ministeru għal Għawdex qed | jingħataw programm ta’ taħriġ mifrux fuq jumejn, li qed jiġi koordinat mid-Diviżjoni tal-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet fl-Uffiċċju tal-Kabinet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-Kors huwa marbut ma’ taħriġ tekniku dwar ir-Risk Management u huwa parti minn twinning light project bejn Malta u l-Irlanda ta’ Fuq. |
| L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, | fetħet is-sessjonijiet u enfasizzat l-importanza tar-risk management, li sar parti integrali mill-prattiċi moderni tal-immaniġġjar. Fissret ukoll kif l-adozzjoni ta’ dawn il-prattiċi jissarfu f’titjib fil-kontroll u r-responsabilita’. Il-Ministru għal Għawdex qalet ukoll li l-programm ta’ taħriġ ser joffri opportunita’ lil parteċipanti biex jitgħalmu minn esperjenzi u prattiċi tajbin ta’ risk management f’pajjiżi oħrajn, f’dan il-każ ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq. Il-Ministru spjegat il-benefiiċji li jistgħu jiġu gwadanjati minn kors ta’ dan it-tip waqt li saħqet fuq il-ħtieġa li s-settur pubbliku jagħti mportanza mistħoqqa lill-klijent. |
| Wara l-inawgurazzjoni mill-Ministru għal Għawdex, | id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni ta’ l-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet, is-sinjorina Rita Schembri, għamlet preżentazzjoni dwar ir-rwoli u l-funzjonijiet ta’ din id-diviżjoni. |
| Il-kors qiegħed jitmexxa mis-sur Ronnie Balfour, | li huwa l-Kap tat-taqsima ta’ l-awditjar intern fid-Dipartiment għal Żvilupp Reġjonali fl-Irlanda ta’ Fuq. Il-kors jindirizza s-sorsi interni u esterni li jistgħu joriġinaw mill-operazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet jew intrapriżi u kif dawn jistgħu jiġu megħluba b’mod integrat ta’ kif jiġu mwaqqfa l-objettivi tal-politika tal-Gvern, biex jiġi assigurat li dawn ir-riskji jiġu antiċipati u indirizzati fil-ħin. Il-kors ifittex ukoll li jagħti tagħrif dwar kif jiġi assigurat li dawn ir-riskji jiġu indirizzati fil-livelli kollha minn min suppost, biex b’hekk tiġi assigurata r-responsabilta’, filwaqt li juri wkoll kif l-impenn ta’ kulħadd jista’ jiġi integrat biex jintlaħqu għanijiet komuni. |
| Dan it-taħriġ ser jgħin biex l-amministrazzjoni | ma żżidx il-piż tax-xogħol imma li l-għodda tar-‘Risk Management’ tgħin biex ix-xogħol jitqassam aħjar billi tingħata prijorita’ lill-aspetti l-aktar importanti, filwaqt li jiġi assigurat li jiġu indirizzati l-aspetti kollha ta’ riskju. |
| Din hija okkażjoni oħra li bis-saħħa tagħha r-riżorsi | umani f’Għawdex ibbenefikaw minn korsijiet iffinanzjati minn fondi Ewropej, bil-għan li jiġu mtejba l-ħiliet tal-ħaddiema f’kull livell. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984