Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX F’LAQGĦA MA’ GRUPP PARLAMENTARI ĠERMANIŻ

PR0439
Date Icon 13/03/2009
Il-Ministru għal Għawdex,l-Onor. Giovanna Debono ltaqgħet ma’ delegazzjoni mill-Parlament Ġermaniż li żaret Għawdex, bħala parti miż-żjara li din id-delegazzjoni għamlet f’Malta fil-jiem li għaddew.
Matul din il-laqgħa li saretfil-Ministeru għal Għawdex, ġew diskussi fost l-oħrajn l-għanjiet prinċipali tal-viżjoni Eko-Għawdex, kif ukoll kif Għawdex jibbenefika minn turiżmu mis-suq Ġermaniż. Il-Ministru Debono tat ukoll informazzjoni dwar l-irwol tal-Ministeru għal Għawdex fuq bażi reġjonali u fil-kuntest nazzjonali.
Wara l-laqgħa, dinid-delegazzjoni, li tifforma parti mill-Grupp ta’ Ħbiberija Parlamentari Malta – Ġermanja, żaret id-Dwejra u l-villaġġ tas-Snajja’ f’Ta’ Dbieġi, il-Mużew tal-Arkeoloġija u ċ-Ċittadella kif ukoll it-tempji tal-Ġgantija.
L-għan taż-żjara ta’ dinid-delegazzjoni, li kienet immexxija mill-Kap tal-grupp, is-Sur Ernst-Reinhard Beck, kienet li jsiru taħdidiet dwar kwistjonijiet kurrenti li huma ta’ interess għaż-żewġ pajjiżi. L-interessi ewlenin ta' dan il-grupp huma l-ekonomija, l-edukazzjoni, l-ambjent u l-kultura.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow