AVVIŻ MID-DIVIŻJONI REGOLAZZJONI SAĦĦA PUBBLIKA RIGWARD INĊIDENT TA’ KONTAMINAZZJONI FL-AWSTRIJA
PR0437
13/03/2009
| Wara rapporti li dehru fl-istampa | internazzjonali dwar incident ta’ kontaminazzjoni ta’ vaċċin tal-influenza staġjonali bil-virus tal-influenza tat-tjur li seħħ f’facilità fl-Awstrija, id-Diviżjoni Regolazzjoni Saħħa Pubblika, tinforma lill-pubbliku li ma hemm l-ebda lok ta’ allarm. Il-vaċċin konċernat qatt ma daħal f’Malta u ma hemm l-ebda possibilità ta’ problema f’Malta. |
| Is-sitwazzjoni ġiet | immedjatament ikkontrollata mill-awtoritajiet konċernati u ttieħdu l-miżuri korrettivi kollha neċessarji. Minkejja dan, id-Diviżjoni Regolazzjoni Saħħa Pubblika, permezz tal-kuntatti tagħha ma’ awtoritajiet internazzjonali, qed issegwi b’mod kontinwu kwalunkwe żvilupp li jista’ jkun hemm. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984