Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JINAWGURA SKOLA ĠDIDA OĦRA

PR0436
Date Icon 13/03/2009
Dal-għodu l-Prim Ministru Lawrence Gonziinawgura uffiċjalment l-iskola sekondarja tas-Subien, fil-Kulleġġ Santa Margerita Bormla.
Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru qal lil-okkażjoni tal-lum tmur lil hinn mill-ftuħ tal-bini ġdid, armat u attrezzat bl-iktar faċilitajiet ġodda u moderni.  Hija fuq kollox ċelebrazzjoni għall-għalliema u l-istudenti tagħna li jaħdmu u jitgħallmu f’dan il-bini; kif ukoll għall-amministraturi, l-istaff kollu ta’ din l-iskola u l-ġenituri li għandhom lill-uliedhom f’din l-iskola.
“Nemmen li f’dan l-ambjent ġdid, flimkienmal-ħila u d-dedikazzjoni tal-għalliema tagħkom, kull wieħed u waħda minkom se tiżviluppaw il-personalità, il-potenzjal u t-talenti kollha tagħkom”, qal il-Prim Ministru waqt li indirizza b’mod dirett lill-istudenti.
“Il-Gvern jibqa’ jqis l-edukazzjoni bħalas-sies u l-qofol ta’ kollox.  Hi l-aqwa għodda biex tgħin u tixpruna lill-poplu tagħna lejn żvilupp sħiħ ta’ kull persuna u tibqa’ l-bażi tal-progress ekonomiku, soċjali u ambjentali.  Għalhekk il-Gvern irid li pajjiżna jagħti l-aħjar edukazzjoni lil uliedna żgħar, żgħażagħ kif ukoll lill-adulti.
F’dawn l-aħħar ħames snin, il-Gvern ta enfasiqawwija fuq l-edukazzjoni f’kull livell.  Hu rringrazzja lill-ex Ministru Louis Galea tal-ħidma li wettaq u tar-riformi li nieda fl-edukazzjoni.  Dan huwa Gvern li ta u qiegħed jagħti ħafna attenzjoni lill-edukazzjoni bikrija, obbligatorja, kif ukoll post-sekondarja u dik tul il-ħajja.  Qegħdin ninvestu fl-infrastruttura u fin-nies biex tabilħaqq ikollna edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd.”
“Fl-aħħar snin rajna investiment qawwi f’dik lihi infrastruttura.  Komplejna ninvestu f’aktar child care centres. Hekk kif illum qed ninawguraw skola ġdida, qed jinbnew tlieta oħra, il-Mosta, Pembroke u Għawdex.  U din il-ġimgħa l-Gvern ħabbar li se jinvesti fi skola sekondarja ġdida oħra għat-tfajliet fil-Ħandaq.”
Il-Prim Ministru qal li l-iskola inawgurata llumf’Bormla hi wieħed minn sensiela ta’ proġetti li saru fl-inħawi, fosthom l-isports complex, id-dar tal-anzjani, iċ-ċentru Aċċess, Ġnien Kottonera, il-yacht marina u proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali.
Il-Prim Ministru żar il-klassijiet ul-laboratorji u ltaqa’ mal-istudenti u l-għalliema.  Bl-investiment fit-teknoloġija tal-informatika, illum it-tfal għandhom aċċess għall-kompjuter u l-internet sa minn età żgħira.  Matul is-sena li għaddiet, tqassmu mal-10,000 kompjuter lill-għalliema u lill-klassijiet.
Il-Prim Ministru qal li huwa dejjem ta’sodisfazzjon kbir meta jara l-entużjażmu tat-tfal tagħna fl-iskejjel mgħammrin bl-aħħar teknoloġiji li jgħinuhom jitgħallmu bl-aktar mod kreattiv.
Pajjiżna hu wieħed minn 6 pajjiżi Ewropej fejnl-iskejjel kollha għandhom l-internet.
Il-Prim Ministru żar ukoll il-faċilitajietsportivi fl-iskola.  Dawn il-faċilitajiet jikkumplimentaw l-isports complex fil-Kottonera.
Il-Prim Ministru rringrazzja wkolllill-għalliema.  “Grazzi ta’ dak kollu li qed tagħmlu ma’ wlied il-poplu tagħna”, sostna Lawrence Gonzi.
“Għalina l-ġenituri, it-tfal huma l-mimmit’għajnejna.  Nagħmlu kollox għalihom.  U bħala Gvern dan is-sentiment qed inwettquh għaliex irridu li uliedna jirnexxu lkoll.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow