Left arrow Go Back

IL-GVERN JASAL GĦAL FTEHIM IEĦOR LI JIGGARANTIXXI L-IMPJIEGI U JŻID L-INVESTIMENT

PR0433
Date Icon 13/03/2009
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministrutal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, ħabbar li l-kumpanija Stainless Steel Products Limited, li f’pajjiżna timpjega 107 ħaddiem, se terġa’ lura għal 5-day week u se tkun qed tagħmel investiment biex iżżid il-produzzjoni tagħha f’Malta.
Stainless Steel bħalissa qiegħda fuq4-day-week minħabba nuqqas ta’ ordnijiet mir-Renju Unit u bħalissa qed topera f’madwar 50-60% tal-livelli normali tagħha. Is-CEO tal-kumpanija, is-Sur Joseph Delia, spjega li l-kumpanija kienet qed tagħmel kull sforz biex ma tagħtix sensji, iżda jekk dan il-livell ta’ bejgħ ma kienx se jitjieb matul iż-żmien li ġej, hi ma kienx se jkollha triq oħra għajr li tagħmel dan.
Il-kumpanija tipproduċi sinks tal-istainlesssteel għall-esportazzjoni fir-Renju Unit u qed tesperjenza tnaqqis fl-ordnijiet minħabba riċessjoni internazzjonali. Il-Ministru Fenech qal li l-kumpanija se tagħmel investiment f’makkinarju ġdid biex tibda tipproduċi mudelli ġodda ta’ sinkijiet stainless steel, li bħalissa qed isiru fiċ-Ċina. B’dan l-investiment f’makkinarju ġdid, il-kumpanija se tkun tista’ tipproduċi s-sinkijiet lokalment bi kwalità aktar għolja.
Il-Ministru Fenech esprima s-sodisfazzjon tiegħugħal fatt li b’dan il-ftehim l-akbar tliet kumpaniji li kienu fuq 4-day week, Methode, Trelleborg u Stainless Steel, se jerġgħu lura għal 5-day-week u se jkomplu jinvestu biex iġibu lejn Malta linji ġodda ta’ produzzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow