Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

PR0430
Date Icon 12/03/2009
Médecins Sans Frontières tirtira s-servizzitagħha miċ-ċentri ta’ detenzjoni
Fl-aħħar sigħat, l-organizzazzjoninon-governattiva medika internazzjonali, Médecins Sans Frontières (MSF) infurmat lill-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern li t-tobba, l-infermiera u l-psikolologu ta’ din l-organizzazzjoni ma kienux ser jibqgħu jaghtu servizzi mediċi essenzjali ta’ rutina fiċ-Centri ta’ Detenzjoni ta’Malta.
Fl-aħħar sitt xhur, il-membri ta’ Médecins SansFrontières kienu qed jikkumplementaw s-servizzi mediċi li diġà qed joffri l-Gvern f’ dawn iċ-ċentri ta’ detenzjoni.  It-tnejn kienu mexjin fl-istess direzzjoni, impenjati li jkomplu jtejjbu s-sitwazzjoni f’dawn iċ-ċentri.  Fil-fatt, Médecins Sans Frontières kienet l-ewwel għaqda ta’ dan it-tip li ntrabtet li tgħin bir-riżorsi tagħha ‘on the ground’.
Kifirrikonnoxxiet il- Médecins Sans Frontières stess fl-istess korrispondenza lill-Ministeru, fl-aħħar xhur ġie rreġistrat titjib fil-kundizzjonijiet ġewwa ċ-ċentri bl-isforzi li saru mill-Gvern, kif ukoll grazzi għall-għajnuna mgħotija minn din l-organizazzjoni.
F’danil-kuntest huwa diffiċli li wieħed jifhem kif Médecins Sans Frontières għażlet li twaqqaf l-impenn li kienet ħadet 6 xhur ilu minflok kompliet il-ħidma valida tagħha biex is-sitwazzjoni fiċ-ċentri ta’ detenzjoni tkompli titjieb.
Partimis-sitwazzjoni preżenti  fiċ-ċentri ta’ detenzjoni hija kkawżata mill-ammont ta’ nies li jinsabu fihom.  Madanakollu, l-Ministeru jtenni li l-politika ta’ detenzjoni hi politika li tgħodd għal pajjiżna.  Filwaqt li l-Gvern lest li jagħti l-għajnuna li tkun meħtieġa, il-politika tal-Gvern hi wkoll li kif jaslu Malta dawn jittieħdu f’ċentri ta’ detenzjoni għal perjodu stabbilit.  Il-Gvern żamm din il-politika minkejja li kien hemm talbiet kuntrarji biex l-immigranti jinħelsu.
Danl-aħħar infetaħ ċentru ta’ detenzjoni ieħor preċiżament biex jipprovdi kundizzjonijiet aħjar għal dawn in-nies.
B’hekk huwa ta’ dispjaċir għall-awtoritajietMaltin li MSF iddeċiediet li tieħu din l-azzjoni u ma tkomplix toffri s-servizzi tagħha fejn u meta l-aktar hemm bżonnhom, f’mument fejn hi stess qed tirrikonoxxi t-titjib li sar.
Fl-ittra li biha kkomunikat id-deċiżjoni tagħhaMSF qalet li hi impenjata li tkompli żżur immigranti li jaslu Malta u jkunu f’ta’ Kandja u oħrajn f’ċentri oħra fix-xhur li ġejjin.
Il-Gvern jibqa’ lest jikkolabora ma’ kull minjixtieq jippartecipa sabiex is-sitwazzjoni tkompli titjieb.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow