IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CLYDE PULI JĦABBAR IS-SIT TA’ FEJN SE JINBENA L-KUMPLESS SPORTIV TAT-TRAMUNTANA
| “Il-Kumpless Sportiv tat-Tramuntana se jinbena | f’San Pawl il-Baħar, fiż-żona tal-Qawra.” |
| Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari | għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-pjan ta’ ħidma tas-segretarjat immexxi minnu. Clyde Puli semma kif dan il-kumpless li se jkun qed jinbena fuq medda ta’ 17,000 metru kwadru u ser jaqdi l-bżonnijiet tal-komunità sportiva tat-tramuntana ta’ Malta fil-waqt li se jinċentiva aktar turiżmu sportiv. |
| Hu emfasizza li t-tixtil ta’ kultura sportiva | trid titwettaq permezz ta’ 5 binarji: |
1. ssir aktar promozzjoni tal-isport,
2. aktar programmi sportivi għal kull faxxa tas-soċjetà,
3. użu aħjar u aktar faċilitajiet sportivi tal-istat,
4. assistenza lill-għaqdiet sportivi
5. aktar prattiċi etiċi u professjonali fil-prattika sportiva.
Clyde Puli semma kif matul l-2008, aktar minn 9,000 persuna pparteċipaw fi programmi sportivi offruti mill-Kunsill Malti għall-Isport u matul din is-sena se jkompli jkun hemm ristrutturar bl-għan li jintlaħqu aktar nies.
Huwa spjega kif matul din is-sena
· se jkun qed jitlesta l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop,
· se tkun pubblikata s-sejħa għal sieħeb strateġiku għall-bini tal-Kumpless Sportiv ta’ San Pawl il-Baħar,
· se jitlesta l-Masterplan għall-faċilitajiet sportivi tal-Marsa,
· se jinfetaħ l-ewwel Open Air Fitness Centre f’Ta’ Qali,
· 20 propjetà pubblika se tgħaddi għand l-għaqdiet sportivi u
· aktar faċilitajiet tal-iskejjel tal-istat se jgħaddu għand l-għaqdiet sportivi.
| Din is-sena wkoll se jiġu mnedija, Child | Protection Policy, Kodiċi ta’ Etika kif ukoll regolamenti dwar id-doping. |
| Clyde Puli qal li l-Politika Nazzjonali | taż-Żgħażagħ se tkun mnedija sa Lulju li ġej. Dan jista’ jsir wara proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni. Din il-konsultazzjoni saret kemm ma għaqdiet nazzjonali taż-żgħażagħ kif ukoll maż-żgħażagħ infushom fil-postijiet ta’ divertiment kif ukoll permezz ta’ l-internet u s-sit popolari Facebook. |
| Fl-istess waqt se jitkompla l-proċess biex | titwaqqaf Aġenzija taż-Żgħażagħ li ser topera minn post identifikat f’Tas-Sliema. Ir-rwol ewlieni ta’ din l-aġenzija se jkun li tassigura li l-proċess tat-tfassil tal-politika kollha tal-Gvern jieħu inkonsiderazzjoni ż-żgħażagħ, l-aspirazzjonijiet tagħhom u l-perspettiva żagħżugħa. |
| Matul din is-sena se jkun qed jinfetaħ Ċentru | Nazzjonali ta’ Informazzjoni għaż-Żgħażagħ, jitnieda l-programm Nazzjonali ta’ Youth Empowerment, ikun organizzat l-Festival Nazzjonali taż-Żgħażagħ, kif ukoll jitniedew il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984