TNEDIJA TAT-TIENI FAŻI TA’ THE CLASSIC EXPERIENCE
PR0424
12/03/2009
| Il-Ministru | tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina appellat lill-kumpaniji u organizzazzjonijiet privati biex jgħinu u jinvestu fil-qasam kulturali u l-patrimonju ta’ pajjiżna li tant hu vast u li l-Gvern jixtieq li l-privat jidħol sħab miegħu fit-tmexxija u l-ħarsien tiegħu. |
| Il-Ministru | kienet qed titkellem waqt it-tnedija tal-Classical Experience, sensiela ta’ workshops li ċ-Ċentru tal-Kreattivita’ tal-Kavallier San Ġakbu qed jagħmel ma’ tfal ta’ Year IV u V tal-iskejjel primarji biex jintroduċihom ma’ xogħlijiet ta’ Haydn, u l-influwenza li kellhom fuq Mozart u Beethoven. |
| Din l-inizjattiva għandha l-appoġġ ta’ Mizzi | Foundation, fundazzjoni privata li għażlet li tinvesti fil-qasam kulturali billi tgħin inizjattivi li jressqu t-tfal minn eta’ żgħira lejn il-kultura. |
| Permezz ta’ dawn il-workshops it-tfal se | jkollhom l-opportunita’ mhux biss li jisimgħu mużika klassika tindaqq live fl-iskola tagħhom, imma wkoll li jitgħallmu dwar il-ħajja ta’ dawn il-kompożituri permezz ta’ ħidma interattiva li jagħmlu mal-għalliema tagħhom. |
| Il-workshops huma maqsuma fi tliet | fażijiet li jiffukaw fuq il-ħiliet kreattivi li hemm f’kull student, l-iżvilupp soċjali, u l-mod kif wieħed jesprimi ruħu. Barra minn dan din l-esperjenza se tagħti lit-tfal il-gost u l-ħila li jisimgħu u jgħixu l-mużika li tgħinhom jikkonċentraw aktar. |
| Il-Ministru Cristina sostniet li din hi | inizjattiva ta’ min jinkoraġġiha u tinfilsa tajjeb fil-politika tal-Gvern li jgħin lill-istudenti biex jiżviluppaw il-ħiliet kollha tagħhom mhux biss fuq livell akkademiku imma ħiliet oħra fosthom l-istudju u l-prattika tal-mużika. Hemm 23 skola primarja ġejjin minn 4 kulleġġi li qed jieħdu sehem f’dan il-proġett kif ukoll l-iskejjel primarji kollha ta’ Għawdex. B’kollox 2854 student se jibbenefikaw minnu. |
| Din il-Classical Experience flimkien | mal-Proġett Music in Education li l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali qed tagħmel ma’ studenti mill-iskejjel sekondarji għandhom ikomplu jkattru l-imħabba għall-mużika fl-istudenti tagħna. Imħabba li minn hawn u ftit żmien ieħor se tibda tkun rikonoxxuta u tingħata valur fiċ-Ċertifikat li jingħata lill-istudenti tagħna fi tmiem l-iskola Sekondarja. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni u l-Kultura | rringrazzjat lil Mizzi Foundation li qed tisponsorja dan il-proġett u ħeġġet aktar organizzazzjonijiet u kumpaniji privati biex jidħlu għal inizjattivi simili fil-qasam kulturali. |
| Il-Ministru Cristina rringrazzjat ukoll | lill-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita’ tal-Kavallier San Ġakbu li ħarġet bl-idea tal-proġett u li qed tmexxih ’l quddiem permezz ta’ Sarah Spiteri li hi impjegata tal-Fondazzjoni. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984