INAWGURAZZJONI TA’ COMPUTER LAB FIL-KUNSILL LOKALI TA’ TA’ XBIEX
PR0418
12/03/2009
| “L-inawgurazzjoni ta’ dan il-‘Computer Lab’ | toffri eżempju ċar ta’ kollaborazzjoni bejn il-gvern lokali u s-settur privat b’riżq il-komunità. Inizjattivi ta’ din ix-xorta ta’ min ifaħħarhom u jinkoraġġihom”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onorevoli Chris Said fil-ftuħ uffiċjali ta’ ‘Computer Lab’ bi tmien computers ġodda fil-bini tal-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex, ipprovduti mit-TCTC, fejn tqassmu wkoll ċertifikati lil 35 parteċipant li segwew korsijiet tal-computer fil-kunsill. |
| L-opportunitajiet ta’ taħriġ lir-residenti | offruti mill-Kunsill Lokali jixhdu l-ħidma tal-Gvern favur l-iżvilupp ta’ lokalitajiet sostenibbli, f’dan il-każ b’enfażi partikolari fl-oqsma edukattivi u soċjali. Inizjattiva ta’ dan it-tip tħalli impatt pożittiv fuq il-formazzjoni edukattiva tar-residenti ta’ kull lokalità. Infatti l-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex iffinanzja l-korsijiet li tmexxew mit-TCTC f’dawn l-aħħar tliet xhur, kif ukoll l-infiq kollu relatat mal-computer lab. Apparti minn hekk, stqarr Chris Said, il-Kunsill qieħed jestendi l-aċċessibilità tal-bini tiegħu billi jservi ta’ inċentiv għan-nies tal-komunità biex jingħaqdu flimkien għal skop edukattiv. L-għan ta’ din l-inizjattiva hija li tassigura ħajja aħjar għar-residenti tal-lokalità u ttejjeb ir-riżorsi tagħhom. |
| Il-Kunsill | ta’ Ta’ Xbiex offra żewġ tipi ta’ korsijiet tal-computer bl-isem ta’ ‘Learn IT’ għall-adulti darbtejn fil-ġimgħa - wieħed kors bażiku u l-ieħor fuq livell avvanzat. Il-Kunsill Lokali qed jippjana iktar inizjattivi ta’ taħriġ għall-iżvilupp tar-residenti tal-lokal. Din il-ħidma tirrifletti l-viżjoni tal-Gvern favur il-Life Long Learning, fejn it-tagħlim mhux limitat biss għall-klassi tal-iskola. Infatti l-Kunsill se jkun qiegħed joffri opportunità ta’ taħriġ għall-membri kollha tal-familja. |
| Dott. Said | għalaq billi awgura lill-35 parteċipant li l-korsijiet li għaddew minnhom jservuhom ta’ inċentiv biex ikomplu jitħarrġu fil-qasam tal-IT u f’oqsma oħra matul ħajjithom. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984