IMNEDIJA L-LOGĦBA EDUKATTIVA “WHICH SWITCH?” BĦALA PARTI MILL-KAMPANJA SWITCH
PR0414
11/03/2009
| “Il-logħob huwa parti integrali mit-tagħlim | tat-tfal. Għalhekk għażilna mod kreattiv u interattiv ta’ kif noħolqu interess fl-istudenti għal għarfien ta’ użu aħjar tal-enerġija u ninvolvuhom f’dan il-proċess b’logħba edukattiva.” Dan qalu Dr Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, meta kien qed iniedi preżentazzjoni tal-logħba “Which Switch?” lill-EkoSkola fl-Iskola Primarja Hookham Frere, il-Pietà , dalgħodu. |
| “L-għan ta’ din il-logħba huwa li nippruvaw | inqiegħdu b’mod iktar interattiv dak li nitgħallmu dwar l-użu effiċjenti tal-enerġija fil-klassi tagħna”, kompla jgħid Chris Said, f’diskussjoni li kellu mat-tfal tal-iskola primarja. |
| Din l-inizjattiva hija parti mill-Kampanja | SWITCH, fejn permezz tal-logħba interattiva qed jintuża riżors ieħor li permezz tiegħu qed jiġi msaħħaħ il-messaġġ tal-Gvern favur SWITCH għall-użu aħjar tal-enerġija. |
| Il-logħba “Which Switch?” taħdem billi | tintefa’ d-damma u l-istudenti jimxu bil-għan li jaslu sat-tmiem tal-logħba qabel it-tfal l-oħrajn. Bħala kunċett, kull tifel jew tifla jiftaħ il-logħba ġo dar li hija ineffiċjenti fil-mod kif tuża l-enerġija u fl-istil ta’ ħajja tal-okkupanti tad-dar. Tul il-vjaġġ lejn it-tmiem, it-tfal jistgħu jirfsu fuq miżuri tajbin jew ħżiena li jistgħu jittieħdu ġewwa d-dar. B’miżuri tajbin - bħal jekk nitfu l-apparat tal-elettriku mill-plakka minflok inħalluh fuq stand-by - it-tfal jitilgħu mal-bozza energy saving sabiex jaslu aktar malajr lejn it-tmiem. Fil-każ ta’ miżura ineffiċjenti - bħal pereżempju jekk ħallejna l-ilma nieżel waqt li konna qed naħslu snienna - allura nieħdu xokk u ninżlu iktar l-isfel fil-logħba. |
| Lil’hinn mill-mod kif tintlagħab il-logħba, | riżors bħal dan għandu jagħti ħajja lil dak li qiegħed jiġi studjat fl-iskejjel tagħna. Permezz ta’ din il-logħba, l-għalliem jista’ jqajjem diskussjoni kull darba li l-istudent jirfes waħda minn dawn il-miżuri li jiġu trattati fil-logħba. Naturalment, il-miżuri u inizjattivi (jew nuqqas tagħhom) li huma diskussi permezz tal-logħba huma mmirati lejn it-tfal. |
| Din l-inizjattiva | għall-iskejjel qed tiftaħ it-tieni fażi tal-kampanja Switch. Tul dawn l-aħħar ġimgħat ġie mqassam il-ktejjeb ntitolat “Dawn Raw id-Dawl… Int Rajtu?” fid-djar kollha ta’ Malta u Għawdex. Chris Said saħaq li issa wasal iż-żmien li nibdew inkunu ħafna iktar iffukati bil-messaġġ li rridu nwasslu. Għadda ż-żmien fejn il-messaġġ seta’ jkun ġenerali għal kulħadd, għax hemm messaġġi li jolqtu lil setturi differenti tal-popolazzjoni u li jridu jiġu diskussi u spjegati f’iktar dettall f’dawn l-oqsma. Huwa għalhekk li l-ġimgħa li għaddiet ġew mnedija l-ewwel town hall meetings fil-lokalitajiet differenti. Permezz tagħhom u bl-impenn tal-Kunsilli Lokali, qed jintbagħat espert fiċ-Ċentri Komunitarji fl-irħula sabiex jindirizza l-bżonnijiet u l-mistoqsijiet tal-anzjani u tan-nisa tad-dar. |
| “Din il-logħba | ser tindirizza l-edukazzjoni tat-tfal li, kif qegħdin nindunaw permezz tad-diversi inizjattivi li nedew l-EkoSkola, ħafna drabi għandhom kuxjenza ikbar mill-ġenituri stess,” kompla jgħid Chris Said. Il-logħba “Which Switch?” ser tiġi amministrata min-Nature Trust taħt il-kappa tal-EkoSkola, u l-għan tagħha huwa li titqassam fl-iskejjel kollha li huma involuti fl-EkoSkola u li juru interess fil-proġetti dwar l-użu aħjar tal-enerġija. |
| Is-Segretarju | Parlamentari rringrazzja lill-EkoSkola tal-impenn tagħhom favur din l-inizjattiva u talli aċċettaw li jamministraw il-logħba tal-kampanja SWITCH, kif ukoll lis-Surmast Xavier Chircop talli għoġbu jiftaħ il-bibien ta’ din l-iskola għall-ftuħ tal-kampanja fl-iskejjel. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984