SE JIBDEW JINTLAQGĦU L-APPLIKAZZJONIJIET GĦAT-TQASSIM TA’ BOZOZ ENERGY SAVING
PR0413
11/03/2009
| Permezz | tal-pubblikazzjoni ta’ avviż fil-ħarġa tal-lum tal-Gazzetta tal-Gvern, tħabbar li minn nhar it-Tnejn li ġej, 16 ta’ Marzu 2009, l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) se tilqa’ applikazzjonijiet mingħand suppliers ta’ bozoz energy saving kif ukoll mingħand ħwienet interessati li jkunu parti mill-iskema tat-tqassim ta’ bozoz energy saving b’xejn li tħabbret mill-Gvern fil-budget għal din is-sena, biex tinkoraġġixxi l-użu domestiku ta’ bozoz energy saving (Compact Fluorescent Lamps - CFL’s). |
| Dan huwa pass | konkret u importanti fit-twettiq ta’ wegħda elettorali. Il-proċess li se jibda l-ġimgħa d-dieħla għandu jwassal biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa sabiex fil-ġimgħat li ġejjin kull familja tirċievi voucher li jkun jista’ jinbidel ma’ numru ta’ bozoz. |
| It-tqassim tal-bozoz b’xejn se jsir skont | id-daqs tal-familja. Familja magħmula minn persuna jew tnejn se tkun intitolata għal ħames bozoz, familja ta’ tlieta jew erba’ persuni se tkun intitolata għal tmien bozoz, filwaqt li familji akbar se jingħataw 10 bozoz. In-numru ta’ bozoz inħadem skont kemm jidhru nies reġistrati bħala residenti għal skopijiet tal-kontijiet tal-elettriku. |
| L-iskop tal-iskema, li għaliha hemm allokati €4 | miljun, hu biex il-Gvern jgħin lill-familji fl-isforzi tagħhom biex jagħmlu l-aħjar użu tal-enerġija. Din l-iskema, flimkien ma’ kampanji oħrajn bħalma hi l-kampanja Switch, hi intiża li tkompli tkattar l-għarfien favur prodotti li jħarsu l-ambjent u li huma effiċjenti fil-ħela tal-enerġija. |
| Din | l-iskema hija wkoll fil-kuntest tal-pożizzjoni li ħadet Malta meta vvutat favur proposta tal-Unjoni Ewropea sabiex bozoz tradizzjonalijitneħħew gradwalment mis-suq sal-aħħar tal-2012. Dan għandu jwassal biex l-emissjonijiet tal-CO2 fil-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea jitnaqqsu bi 15-il miljun tunellata fis-sena. L-enerġija ffrankata hi kkalkulata li tkun l-istess daqs kemm ir-Rumanija taħli f’sena. |
| Bozza tradizzjonali ġeneralment isservi bejn | ħames xhur u sena. Bozoz energy saving juzaw biss 20 fil-mija tal-enerġija meħtieġa biex jipproduċu l-istess ammont ta’ dawl u jistgħu jservu sa 12-il darba aktar. |
| Il-Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali | jirringrazzja lill-GRTU u lill-Electrical Importers’ Association tal-kollaborazzjoni tagħhom fil-ġimgħat u xhur li għaddew. |
| Kull min ikollu xi | diffikultà dwar l-iskema għandu: |
- jibgħat il-mistoqsijiet tiegħu bil-miktub fuq enquiry@mra.org.mt jew
- iċempel fuq 80072212
- Kopja tal-applikazzjoni tista’ titniżżel mis-sit eletroniku www.mra.org.mt
- l-avviż imsemmi jista’ jintniżżel minn dan is-sit
http://www.doi.gov.mt/EN/gazetteonline/2009/03/gazts/GG%2011.3.pdf
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984