JUM DINJI GĦAD-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: IL-ĦADD, 15 TA’ MARZU
PR0412
11/03/2009
| It-tema ewlenija fl-okkażjoni tal-Jum Dinji | għad-Drittijiet tal-Konsumatur għal din is-sena, hija dik tad-dritt għall-informazzjoni, speċifikament l-informazzjoni li tingħata lit-tfal waqt riklami ta’ ikel li mhuwiex tajjeb għas-saħħa. Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech spjega li ntagħżlet din it-tema għaliex nħass il-bżonn li t-tfal jiġu edukati u mgħallma minn ċkunithom kif għandhom jibżgħu għal saħħithom billi jieklu ikel bnin u tajjeb għas-saħħa. |
| Il-Ministru Fenech tkellem dwar il-ħidma | tal-Gvern biex jiżgura li r-rispett tad-drittijiet ta’ informazzjoni, li għandu l-konsumatur, li għandu jkun jaf minn x’hiex inhu magħmul il-prodott, kemm jiswa, kif għandu jintuża, kif ukoll x’inhuma d-drittijiet tiegħu f’każ ta’ problema jew difett moħbi. Matul is-sena skolastika jsiru diversi taħditiet fl-iskejjel, kemm primarji kif ukoll sekondarji, sabiex it-tfal jiġu kontinwament mgħallma dwar id-drittijiet tagħhom. |
| Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u | Investiment ħabbar li x-xahar id-dieħel iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur Malta flimkien mad-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Pulizija, ser iniedu kampanja ta’ informazzjoni fuq Scams. Dawn huma skemi li l-iskop ewlieni tagħhom hu li jingannaw lill-konsumatur u jikkawżawlu dannu finanzjarju. Hemm diversi tipi ta’ scams li l-konsumatur jista’ jiltaqa’ magħhom. Dawn jinkludu lotteriji foloz li jagħtu l-impressjoni li l-konsumatur rebaħ xi flus meta dan ma jkunx minnu, opportunitajiet ta’ investiment fejn il-konsumatur jiġi inkoraġġut jinvesti flusu f’shares u affarijiet oħra ta’ valur meta fil-verità dawn ma jkunux jeżistu. |
| L-iskop ewlieni ta’ din il-kampanja hu li toħloq | kuxjenza ta’ dawn l-iscams u li tanalizza liema huma dawk l-iscams li l-aktar qegħdin jolqtu lill-konsumatur Malti. Fil-fatt f’din il-kampanja l-konsumatur ser jiġi mistieden jiddepożita f’kaxxa apposta dawk l-iscams li ltaqa’ magħhom biex wara tkun tista’ ssir kampanja ta’ komunikazzjoni aktar iffukata dwarhom. |
| Id-Direttur-Ġenerali tad-Diviżjoni | tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, Dr. Mireille Vella, spjegat li din is-sena d-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni għażlet li tfakkar id-drittijiet tal-konsumatur u twassal il-messaġġ tal-importanza ta’ ikel bnin billi torganizza attività għall-familja kollha ġewwa l-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali. Din l-attività ser issir nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu bejn nofsinhar u l-5:00 ta’ filgħaxija. Kull min ser jattendi din l-attività ser jingħata materjal informattiv dwar it-tmien drittijiet bażiċi tal-konsumatur, kif ukoll informazzjoni dwar kif il-konsumatur għandu jagħżel l-aħjar ikel għal saħħtu. |
| Waqt din l-attività ta’ nhar il-Ħadd ser ikun | hemm il-Go Karts, Bouncing Castle, Pony Rides, Train Rides, Stilt Walkers, Disney Mascots, Face Painting, Puppet Show, Fun and Games Show, Magical Show, kif ukoll artisti jpittru fuq il-post. Ser ikun hemm ukoll bejjiegħa ta’ prodotti tipikament Maltin bħal ġbejniet, żebbuġ, bigilla, inbid u żejt taż-żebbuġa. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984