Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAŻ-ŻJARA LILL-LUFTHANSA TECHNIK MALTA, F’ ĦAL LUQA – IT-TLIETA,  10 TA’ MARZU 2009

PR0410
Date Icon 10/03/2009
Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalija li nżur danl-investiment qawwi ġewwa Malta.  Investiment li mhux biss jixhed l-impenn u l-viżjoni tal-Gvern imma fuq kollox jagħti ġieħ lill-kapaċità tal-ħaddiem Malti.
Bħalissa d-dinja qiegħda tiffaċċja waħdamill-akbar kriżijiet li l-istorja qatt rat u għalhekk investiment bħal dan, f’dan il-mument partikulari, għandu sinifikat qawwi.  Huwa sinjal tassew pożittiv u li juri kemm l-ekonomija Maltija hija b’saħħitha.  Filwaqt li madwar id-dinja qed jingħalqu l-fabbriki u n-negozji, fil-gżejjer Maltin qed nitkellmu kif nistgħu nkattru l-investimenti li diġà għandna u nġibu oħrajn ġodda biex jinħolqu aktar impjiegi.
Dik li bdiet bħala viżjoni fl-2002 li f’Maltatibda ssir il-manutenzjoni tal-ajruplani, illum saret realtà u realtà importanti għall-ekonomija tal-pajjiż.  Dan is-suċċess għalhekk jibgħat messaġġ ċar lill-pajjiż kollu.  Din l-istorja ta’ suċċess tixhed il-kapaċità tagħna biex negħlbu l-isfidi u neċċellaw f’dak li nagħmlu.  Għalhekk nemmen li l-Viżjoni 2015 hija viżjoni li tista’ tintlaħaq mill-poplu Malti u Għawdxi għax kapaċi.
Il-Viżjoni 2015 li fassalna tistedinna niffukawfuq seba’ oqsma partikulari li ġew identifikati bħala l-aktar li joffru potenzjal għas-suċċess ta’ pajjiżna.  Wieħed minn dawn is-setturi jiffoka fuq il-manifattura b’valur miżjud għoli u s-servizzi marbuta magħha – irridu nagħmlu minn Malta ċentru reġjonali tal-ogħla kwalità f’ċerti oqsma tal-industrija b’valur miżjud għoli.  Dan l-investiment jixhed li f’dan is-settur kapaċi naslu għal din il-mira.
Dan l-investiment ta’ 78 miljun ewro huwariżultat ta’ din il-kapaċità tagħna bħala Maltin li nkomplu niġbdu lejn pajjiżna aktar investiment u investiment li jirrendi għal pajjiżna u għall-ħaddiema.
Meta żort il-kumpanija ġewwa l-Ġermanja fil-bidutas-sena, id-diretturi tal-kumpanija kellhom kliem ta’ tifħir għall-ħaddiema Maltin li wrew kemm huma flessibbli u jagħtu servizz ta’ kwalità għolja.  Dawn huma valuri importanti ferm fil-kuntest tal-lum.  Huma fatturi li jispjegaw ukoll għaliex il-kumpanija qed tkompli żżid il-ħaddiema tagħha.  Dik li bdiet b’operazzjoni ta’ mitt ruħ sitt snin ilu, illum tlaħħaq aktar minn 400.  Il-pjani huma li l-ħaddiema jaqbżu s-600.  L-ekonomija Maltija kapaċi tiġġenera l-postijiet tax-xogħol u għalhekk irridu nkomplu naħdmu fuq is-suċċessi li ksibna.
Fl-ewwel sena ħidma tal-Gvern ħloqna mas-7,000impjieg ġdid.  L-ETC kellha 11,856 talba għall-impjiegi.  Din hi l-ħidma ewlenija tal-Gvern f’dan iż-żmien, li mhux biss niżguraw il-postijiet tax-xogħol imma nkomplu niġġeneraw aktar opportunitajiet.  Il-ħidma tagħna f’dan ir-rigward fil-ġimgħat li għaddew uriet b’mod konkret li flimkien mal-privat naslu b’għaqal.  Kemm fil-każ tal-Methode kif ukoll tat-Trelleborg, il-Gvern irnexxielu jkompli jattira aktar investiment filwaqt li pproteġa l-postijiet tax-xogħol.
Il-ħaddiema tagħna huma kruċjali biex nilħqul-viżjoni 2015 u huma ċ-ċavetta tas-suċċess f’ekonomija globalizzata li qiegħda ssir aktar dipendenti fuq il-ħiliet u l-flessibbiltà tal-ħaddiema.  Għalhekk il-Gvern immexxi minni qed jinvesti l-miljuni fis-sistema edukattiva biex jipprepara ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għad-dinja tax-xogħol.  Il-kumpanija Lufthansa Technik tixhed l-importanza tal-edukazzjoni fis-suq tax-xogħol u s-sinerġiji bejn l-industrija u t-tagħlim.  Flimkien mal-MCAST, il-Lufthansa Technik żviluppat numru ta’ korsijiet biex iż-żgħażagħ tagħna jkunu jistgħu jispeċjalizzaw fit-tiswija tal-ajruplani.  Dan jixhed l-importanza li pajjiżna jkompli jiġbed lejh aktar investiment ta’ manifattura u servizzi b’valur miżjud għoli għax dawn is-setturi jiftħu aktar opportunitajiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ.  Irridu nkomplu naħdmu fuq dak li bnejna u s-suċċessi li qed niksbu.  Fl-MCAST żdiedu l-korsijiet offruti u issa jaqbżu l-100 kors u l-istudenti jlaħqu aktar minn 5,000.  Il-potenzjal hemm qiegħed.  Għalhekk il-Gvern qiegħed ikompli jinvesti kemm fl-MCAST u kemm fl-Università biex iż-żgħażagħ tagħna jkunu lesti għal dawn l-opportunitajiet.

Ippermettuli ngħid kelmtejn bl-ingliż. 

It is a pleasure being here and visiting this investment by Lufthansa Technik in Malta.  This 78 million euro investment is a testimony to Malta’s attractiveness as an investment destination together with the flexibility and skill of our local workforce.  Lufthansa Technik Malta witnesses our ability of becoming a centre of excellence in high-value added manufacturing and service provision by 2015.  It is also significant that we are here during this turbulent time as these investments are always a beacon of hope and a reminder that our economy is capable of transforming the current threat into an opportunity.  This success story gives us the determination to forge ahead with our vision of creating a knowledge-driven economy based on excellence.

Sinjuri 

Din l-istorja ta’ suċċess turi kemm l-ekonomijaMaltija kapaċi tiġbed investiment barrani u toħloq postijiet tax-xogħol.
Għalhekk quddiem l-isfidi ma rridux naqtgħuqalbna imma nkomplu nkunu flessibbli u produttivi għax hekk jibqa’ jiżdied l-investiment ġewwa pajjiżna.  Din l-isfida toffri ħafna opportunitajiet jekk inkunu kapaċi naħdmu b’għaqal u naħtfuhom.
Il-Lufthansa Technik turina li kapaċibħala pajjiż nilħqu livelli għolja u nikkompetu ma’ destinazzjonijet oħra għall-investiment.  Għandha ttina l-kuraġġ li hemm bżonn f’dan il-mument biex l-isfidi quddiemna narawhom bħala opportunitajiet u niftakru li flimkien kapaċi negħlbuhom b’għaqal.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow