Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-EPSCO

PR0408
Date Icon 10/03/2009
L-Onor. JohnDalli, Ministru għall-Politika Soċjali l-bieraħ attenda laqgħa tal-Kunsill ta’ EPSCO (Employment, Social Policy, Health and Consumer Affairs Council).
Waqt dinil-laqgħa li saret fi Brussell, il-Ministri tal-politika Soċjali Ewropej iddiskutew fost oħrajn l-istrateġija ta’ Lisbona u saru mistoqsijiet dwar kif il-kriżi ekonomika internazzjonali qed taffettwa l-impjiegi fl-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Dalliqabel mal-istrateġija li biħsieba tiġi adottata mill-UE u sostna li l-effetti l-ħżiena li din il-kriżi li qed niffaċċjaw għandha fuq il-bniedem, għandhom jiġu mnaqqsa u għalhekk f’terminu qasir għandhom jittieħdu l-miżuri f’waqthom li tinżamm koerenza mal-objettivi fit-tul tal-istrateġija ta’ Lisbona.
Il-Ministru Dalliżied ukoll li l-miri tal-Gvern Malti għadhom l-istess: Aktar xogħol u xogħol aħjar. Hu kompla li dan jista’ jsir billi nkomplu bir-riformi kollha neċessarji biex pajjiżna jibqa kompetittiv fl-oqsma kollha.
Il-Ministru JohnDalli waqt id-diskors tiegħu qali li miżuri kontro-ċikliċi ma jistgħu qatt isolvu problemi strutturali. Hu tenna li f’dan il-perjodu ta’ problemi ekonomiċi jirrapreżenta wkoll opportunità sabiex ninvestu aktar fit-taħriġ u l-kapaċitajiet taċ-ċittadini tagħna.
Il-Ministru temmjgħid li s-suċċess tal-irkuprar ekonomiku Ewropew jiddependi mill-abbiltà tagħna li nagħmlu l-aqwa użu kemm mis-suq intern kif ukoll mis-suq globali.
Matul dinil-laqgħa kienet diskussa wkoll proposta għar-reviżjoni tad-direttiva dwar il-maternity leave. Hawnhekk il-Ministru Dalli sostna li qed isiru diskussjonijiet bejn il-partijiet soċjali.
Il-Ministru żiedli jekk se ssir xi estensjoni tal-leave tal-maternità mill-14-il ġimgħa kurrenti, għandna nassikuraw li jkunu minimizzati xi perċezzjonijiet negattivi jew piżijiet ġodda għal min iħaddem. Il-Ministru Dalli ħeġġeġ biex dawn il-miżuri ma jkunux kontro-produċenti l-iktar fuq nisa ta’ età li fiha jista’ jkollhom it-tfal.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow