IL-PRESIDENT ITEMM IŻ-ŻJARAT UFFIĊJALI TIEGĦU FL-IBLIET U RĦULA
PR0398
08/03/2009
| Fl-Uffiċċju | tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, fil-preżenza ta’ bosta kunsillieri u ħaddiema li matul iż-żmien taw sehemhom fil-Kunsill, il-President Eddie Fenech Adami temm iż-żjarat uffiċjali fl-ibliet u r-rħula. |
| Iż-żjara uffiċjali | f’Birkirkara kellha suppost issir fil-bidu ta’ Diċembru 2008 imma kellha titħassar imħabba li dak iż-żmien l-President għamel ġranet indispost tant li kellha titħassar ukoll żjara statali mill-President tal-Bulgarija. Meta indirizza l-Kunsill, l-President qal li fiż-żjarat fil-lokalitajiet kien ta’ pjaċir għalih jiskopri diversi karatteristiċi tal-lokal li qatt ma ra qabel u dan jgħodd ukoll għal Birkirkara - Raħal twelidi, li għandu storja li tmur lura fiż-żmien. |
| Il-President Fenech | Adami qal li f’ħames snin President ta’ Malta żar ħamsa u għoxrin lokalita fejn ikkonferma kemm il-Kunsilli Lokali taw il-prova ta’ l-eżistenza u l-utilita’ tagħhom b’ħidma mis-sindki u l-kunsilliera flimkien ma’ għaqdiet volontarji li tul is-snin fittxu u saħħu l-identita` tal-belt jew raħal tagħhom. |
| Il-President u s-Sinjura | Fenech Adami dalgħodu ħadu sehem fil-quddiesa fil-Bażilika ta’ Santa Liena u wara bħal ma sar qabel, iltaqgħu mar-residenti fuq iz-zuntier għal kafe u pastizzi. |
| Il-President, | akkumpanjat minn ibnu, is-Sindku Michael Fenech Adami, iltaqa’ ma’ Frans Casha, skultur magħruf għall-mudell fuq disinn propozzjonali tal-Bażilika ta’ Santa Liena, ma’ Margaret Farrugia, pittriċi li ilha toqgħod f’Birkirkara għal iktar minn erbgħin sena, u ma’ Victor Bugeja magħruf għall-pasturi tat-tafal li jagħmel tant b’dedikazzjoni sa minn meta kien tifel imur id-duttrina. |
| Il-President żar | tlett każini tal-baned, dak ta’ Santa Elena, tal-Banda Duke of Connaught u tal-Banda ta’ Sant’ Antin, kif ukoll il-mużew tal-Bażilika ta’ Santa Liena. Fi Ġnien ta’ Paris il-President ħawwel siġra ta tifkira ta’ zjara uffiċjali. |
| Is-Sinjura Fenech | Adami żaret ir-residenti anzjani ta’ Dar Pirotta, St Francis de Paule Home u Villa Chelsea, kif ukoll il-kunvent tas-sorijiet tal-Agostinjani u tal-Qalb ta’ Ġesu. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984