Il-Kunsilli Lokali jemmnu fi Switch għall-Użu Aħjar tal-Enerġija
PR0397
08/03/2009
“Il-Kunsilli Lokali huma mpenjati bis-sħiħ favur l-użu aħjar tal-enerġija u dan qed jixħduh kemm permezz tal-parteċipazzjoni qawwija tagħhom fil-kampanja Switch, kif ukoll permezz tal-inizjattivi ambjentali li qegħdin jieħdu individwalment.”
Dan qalu l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Pubbliku u Informazzjoni, waqt li kien qed iżur il-Kunsilli Lokali tal-Pembroke u l-Mellieħa bħala parti minn kampanja ta’ tqassim ta’ informazzjoni fil-ħwienet u postijiet pubbliċi tal-lokalitajiet.
| Permezz tal-kampanja | ta’ ġurnata, 65 Kunsill Lokali madwar Malta u Għawdex qed iqassmu posters informattivi fil-lokalitajiet tagħhom bil-għajnuna tal-Kunsilliera u l-għaqdiet non-governattivi tal-lokalità. L-attività saret bħala parti mill-kampanja Switch, u tingħaqad ma’ għadd ta’ inizjattivi u miżuri oħrajn li qegħdin jittieħdu fil-Kunsilli Lokali, fosthom il-kitba ta’ artikli informattivi fil-fuljetti tal-Kunsilli, it-tfassil ta’ town hall meetings fiċ-ċentri tal-lokal, u inizjattivi individwali li qegħdin jittieħdu skont l-impenn tal-Kunsilli. |
| Waqt żjara | fil-ħwienet tal-lokalità ta’ Pembroke, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, saħaq li “biex nikkumbattu l-bidla fil-klima u biex nilħqu l-miri li stabilixxejna fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jeħtieġ li verament nagħmlu switch fil-mentalità. Huwa għalhekk li Switch mhix kampanja tal-Gvern, iżda hija kampanja ta’ kulħadd, kif biex nilħqu l-miri tagħna jeħtieġ li jkun hemm l-impenn ta’ kulħadd.” Il-Ministru Pullicino ħeġġeġ lil kulħadd sabiex ikompli jagħti sehmu fil-proċessi ta’ konsultazzjoni pubblika li għaddejjin bħalissa. |
| Il-Kunsilli Lokali | tal-Pembroke u tal-Mellieħa huwa żewġ lokalitajiet li qed jagħtu importanza kbira lill-enerġija alternattiva u lill-użu effiċjenti tal-enerġija fil-lokalitajiet tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984