Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL- Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

PR0395
Date Icon 07/03/2009
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jirċievir-rapport preparat mill-Bord ta’ l- Inkjesta nkarigat sabiex jinvestiga l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern irċievar-rapport preparat mill-Bord ta’ l- Inkjesta, magħmul mis-Sur Emanuel Cassar, is-Sinjorina Mary Anne Agius u s-Sur Martin Scicluna, li ġie nkarigat sabiex jinvestiga l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.  Il-Gvern kien ħatar dan il-Bord ta’ Inkjesta nhar is-26 ta’ Awissu, 2008 biex jinvestiga u janalizza l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Fir-rapport tiegħu l-Bord irrakkomanda numru ta’passi u miżuri amministrattivi ġodda.  Il-Bord ħass ukoll li, qabel kollox, tali dokument għandu jintbagħat lill-Avukat Ġenerali u lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex, wara li dawn jaraw ir-riżultanzi ta’ l-inkjesta, jieħdu l-passi li huma jistgħu jħossu li huma opportuni.
Għalhekk il-Ministru laqa’ r-rakkomandazzjoni lisaritlu u għadda dan ir-rapport  lill-Avukat Ġenerali u lill-Kummissarju tal-Pulizija.  Il-Ministru  jirriżerva li jieħu d-deċiżjonijiet li huwa jħoss neċessarji wara li l-awtoritajiet imsemmija jiddeċiedu hemmx xi passi li jidhrilhom li għandhom jieħdu fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Bord ta’ Inkjesta.
Billi f’dan l-istadju l-Avukat Ġenerali ul-Kummissarju tal-Pulizija qed janalizzaw dan ir-rapport li jista’ jwassal għal proċeduri oħra, il-Ministeru jħoss li f’dan l-istadju ma jkunx għaqli li r-rapport jiġi pubblikat.  Dan qiegħed isir biex ma jkunx hemm periklu li tiġi mfixkla l-analiżi u l-investigazzjoni li tista’ tinħass opportuna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow