STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0394
07/03/2009
| Sospensjoni ta’ kuntratt ta’ | ħaddiem tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | jirreferi għall-kummenti pubbliċi li saru wara li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) itterminat il-kuntratt ta’ wieħed mill-enġiniera tagħha li kien impjegat fuq kuntratt ta’ xogħol definit. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | jiċħad b’mod kategoriku li kellu xi sehem f’din id-deċiżjoni u jiddeplora bil-qawwa kollha kull min, b’mod irresponsabbli, qed itenni din il-miżinformazzjoni. |
| Il-Ministeru ma jindaħalx f’deċiżjonijeit | interni ta’ management tal-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ politika tiegħu. Lanqas mhu minnu, kif ippruvat tingħata l-impressjoni, li l-Ministeru għandu xi preġudizzju kontra l-persuna kkonċernata. Tant hu hekk li din l-istess persuna ingħatat numru ta’ kuntratti ta’ servizz bħala konsulent mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet abbażi tal-ħiliet tiegħu. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984