Left arrow Go Back

MALTA U L-IRLANDA JIFFIRMAW FTEHIM TA’ KOPERAZZJONI KONTRA L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA

PR0380
Date Icon 05/03/2009
Malta u l-Irlanda dan l-aħħar iffirmaw ftehimdwar koperazzjoni kontra l-kriminalità organizzata.
Dan il-ftehim, li kien iffirmat fi Brussellmill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici u l-Ministru Irlandiż għall-Ġustizzja, Dermot Ahern, jittratta krimini serji fosthom traffikar ta’ drogi, traffikar ta’ persuni u terroriżmu.
Fost inizjattivi oħra, il-ftehim joffri l-possibilitàta’ skambju ta’ informazzjoni relatata mal-prevenzjoni u investigazzjonijiet marbuta ma’ delitti ta’ dan it-tip.
Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Gvern Malti ul-Gvern Irlandiż ser ikunu jistgħu jikkoperaw fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ taħriġ maħsuba sabiex esperti jaqsmu tagħrif marbut mal-prevenzjoni u investigazzjoni. Dan jinkludi taħriġ lil uffiċjali ta’ aġenziji responsabbli mill-infurzar tal-liġi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow