Left arrow Go Back

DISKORS TAL-MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, L-ONOR AUSTIN GATT, FL-OKKAZJONI TAL- FTUĦ UFFIĊJALI TA’ L-IMPJANT GĦAT-TISFIJA TAD-DRENAĠĠ F’TAĊ-ĊUMNIJA LIMITI TAL-MELLIEĦA

PR0372
Date Icon 04/03/2009
Qed ninawguraw illum t-tieniimpjant għat-tisfija tad-drenaġġ wara l-inawgurazzjoni tal-impjant t’Għawdex madwar erbatax-il xhar ilu;
Din hija t-tieni mit-tlietħolqiet li għandna ppjanati fil-katina ta’ bini ta’ impjanti għat-tifjia tad-drenaġġ li għandna pprogrammati sabiex jinbnew madwar il-gżejjer ta’ Malta w Għawdex.
Minkejja il-kritika u l-avversitajietkollha li qegħdin nħabbtu wiċċna magħhom qegħdin pass wara pass inwettqu l-proġetti nfrasttruturali kollha li għandna ppjanati, liema proġetti ta’ importanza kbira nazzjonali, kunfidenti li nlestuhom kollha sa tmiem din il-leġislatura.
Qabel ma niffoka f’iktardettall fuq ix-xogħol li qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma nixtieq infakkar numru ta’ proġetti ta’ċertu daqs li għandna għaddejjin bħalissa jew ippjanati li jibdew fix-xhur li ġejjien.
Enemalta:-Fil-ġimgħat li ġejjien ghandu jinħalaq il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tat-tender għal bini t’impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku (100MW), liema proġett  għandu jilesta bejn 18 u 24 xahar mill-iffirmar ta-kuntratt;
Enemalta:-Sa l-aħħar ta’ Marzu għandu jitlesta l-feasibity study rigward t-tqegħid ta’ cable tal-elettriku bejn Sqallija u Malta. It tender għal dan il-proġett mistenni joħroġ sa’ Lulju li ġej. Cable mistenni jkun mqegħid sal-aħħar tal-2012. It-tqegħid u tħaddim ta’ dan il-cable ser itina hafna flessibilita’ fid-decisjonijiet li rridu nieħdu fil-qasanm tal-enerġija, kif wkoll ikun pass sinifikanti lejn l-egħluq tal-Power Station tal-Marsa u l-bidu tar-riġenerazzjoni tal-inħawi;
Enemalta:-Tħaffir ta’ mina mid-DC ta’ M’Scala ghal Smart City. Xogħol fuq din il-mina għandu jibda fil-ġimgħat li ġejjien u jdum madwar sena. Minn din il-mina ser jingħaddu l-cables li jwasslu d-dawl kemm għal Smart City kif wkoll għall-impjant ta-drenaġġ li qed jinbena f’ Ta’ Barkat.
Enemalta u WSC:– Proġett tal IUBS – Bdil tal- miters kollha tal-elettriku u twahhil ta’ probes mal- miters kollha tal-ilma fuq perjodu ta’ tliet snin.

WSC :–

Ftit tal-gimgħat ilu beda  x-xogħol sabiex jinbena t-tielet impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’ Ta Barkat limiti tax-Xghajra. Dan l-impjant mistenni jilqa’ u jittrratta l-bqija tad-drenaġġ iggenerat fuq il-gżejjer Maltin li mhux qed jiġi ttrata minn dan l-impjant:- jiġifieri madwar 80% tad-drenaġġ kollu ġġenerat fil-gżejjer Maltin. 

Bħal dan il-proġett, il-progett f’ Ta’ Barkat ma jinkuldiex biss bini ta’ mpjant għat-tisfija tad-drenaġġ, iżda wkoll bini mill-gdid ta’ infrastruttura u mini li jibdew mill-Marsa, jaslu sar-Rinella u jispiċċaw ħdejn l-impjant f’Ta’ Barkat.

Nistgħu naqsmu l-proġett fi tlieta distinti:-

  • il- bini tal-impjant nnifsu:- Xogħol fuq is-sit beda ftit ġimgħat ilu. Il-bini ta’ dan l-impjant ghandu jkun  lest sa’ nofs is-sena d-dieħla;
  • bini ta’ pumping station fil Marsa u mina taht l-art li twassal d-drenagg minn din il-pumping station sar-Rinella. Dan ix-xoghol  qed jipprogressa u għandu jitlesta kmieni s-sena d-dieħla;
  • bini ta’ pumping station fir-Rinella u mina li tghaqqad mal-mina l-oħra u tniżżel d-drenaġġ lejn l-impjant f’Ta’ Barkat fejn d-drenaġġ jiġi trattat. Dan il-parti tax-xogħol beda ftit tal-ġranet ilu u għandu jitlesta wkoll sal-aħħar tas-sena;

Dan il- proġett kollu jiswa mal- €78 miljun, hu parti sostanzjali minnhu huwa ffinanzjat mill-fondi tal UE.

Meta tqis dan il-proġett ma dawk tal-impjant t’ Għawdex u l-proġett li qegħdin ninawguraw illum b’kollox il-gvern ser ikun qed jinvesti mal €100 miljun

It-tir tagħna huwa li ngħalqu l-proġetti nfrastrutturali fl-aqsar żmien possibli, partikolarment dawk il-proġetti marbutin ma’ fondi tal UE jew kif kien dan mill-Protoikoll Taljan.

Il-KSI mingħajr dubju hija entita’ minn ta’ quddiem nett sabiex tuża dawn it-tipi ta’ fondi għall proġetti tagħha. Nfakkar li numru kbir ta’ proġetti tad-drenaġġ qegħdin ikun ffinanzjati minn dawn il-fondi. Apparti dan Il-KSI irnexxielha wkoll tattira fondi għall proġetti relatati ma’ nvestiment ġdid fl-ROs tal –Korporazzjoni, b’liema investiment il-KSI rnexxielha tnaqqas drastikament l-ispiża sabiex tipproduci l-ilma minn dawn l-impjanti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow