ID-DEPUTAT DIRETTUR ĠENERALI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA GĦALL-KOMUNIKAZZJONI, PANAYOTIS CARVOUNIS JŻUR GĦAWDEX
PR0370
04/03/2009
| Il-Ministru għal Għawdex, | l-Onor. Giovanna Debono ltaqgħet fil-Ministeru ghal Għawdex, mad-Deputat Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Komunikazzjoni Panayotis Carvounis, flimkien mal-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Joanna Drake. Din il-laqgħa saret bħala parti mill-programm taż-żjara li Panayotis Carvounis qed jagħmel f’Malta. |
| Id-Deputat Direttur Ġenerali | tal-Kummissjoni Ewropea għall-Komunikazzjoni, ittieħed f’żewġ postijiet fejn ġew imwettqa proġetti li bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja minn fondi Ewropej. Wieħed minn dawn il-proġetti kien ix-xiri u l-installazzjoni ta’ vetrini speċjalizzati li permezz tagħhom qed jiġu esposti fuq bażi permanenti, fdalijiet preistoriċi uniċi, li kienu nstabu f’Għawdex. Proġett ieħor kien il-bini ta’ estensjoni taċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat u bini tal-Crafts Incubation Centre f’Għajnsielem. |
| Waqt li kienet qed takkumpanja | lil Panayotis Carvounis, il-Ministru għal Għawdex spjegat kif dawn iż-żewġ proġetti għandhom sinifikat importanti fir-rigward tal-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt storiku u kulturali Għawdxi. |
| Min-naħa tiegħu, id-Deputat | Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Komunikazzjoni, seta’ jammira wkoll wirt storiku ieħor li jinsab għal wiri fil-mużew tal-arkeoloġija fiċ-Ċittadella. Fiċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat, Panayotis Carvounis seta’ jara wkoll numru ta’ studenti li kienu qed isegwu lezzjonijiet fil-workshops, fosthom dak tal-arti, xogħol fil-ħadid u l-ħġieġ kif ukoll fil-fuħħar. |
| Dr Joanna Drake qalet li għan | ieħor ta’ din iż-żjara, kien dak li jiġi diskuss flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, l-aħjar mezz li jista’ jintuża biex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ toffri servizz ta’ assistenza aktar viżibbli għall-Għawdxin fil-gżira ta’ Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984