Laqgħa ta’ Konsultazzjoni mas-settur tan-Negozju li jopera fil-Qasam tal-ambjent BIEX jitnaqqas il-piż amministrattiv fuqhom
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, flimkien mal-Better Regulation Unit (BRU), ilbieraħ iltaqa’ man-negozji li joperaw fil-qasam tal-ambjent biex magħhom jiddiskuti l-problemi amministrattivi li qed jiffaċċja dan is-settur b’mod partikulari meta jintalab li jżomm jew jipprovdi informazzjoni lill-Gvern. L-Onor. Chris Said fetaħ din il-laqgħa billi rringrazzja lil dawk preżenti talli laqgħu l-istedina tiegħu. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said spjega li | din hija l-ewwel laqgħa minn eżerċizzju sħiħ ta’ konsultazzjoni bejn il-Gvern u s-setturi diversi tan-negozju fuq it-tnaqqis ta’ obbligi ta’ informazzjoni min-naħa ta’ entitajiet governattivi kif ukoll fuq tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi jew regolatorji oħra li iżda mhux ta’ natura finanzjarja. |
| Fil-fatt | matul Marzu u April ser jitkomplew numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni li fihom ser jiġu diskussi l-piżijiet amministrattivi li dawn is-setturi tan-negozju qed jaffaċċjaw: |
| 1. ambjent | – 3 ta’ Marzu; |
| 2. agrikoltura | u sajd – 6 ta’ Marzu; |
| 3. edukazzjoni | u servizzi soċjali – 11 ta’ Marzu; |
| 4. servizzi | finanzjarji – 16 ta’ Marzu; |
| 5. turiżmu | u kultura – 20 ta’ Marzu; |
| 6. transport | – 23 ta’ Marzu; |
| 7. ħwienet | – 27 ta’ Marzu; |
| 8. komunikazzoni | – 30 ta’ Marzu; |
| 9. manifattura | ta’ makkinarju – 3 ta’ April; |
10. manifattura tal-metall u prodotti oħra – 8 ta’ April;
11. manifattura tad-drapp, prodotti tal-ikel u tabakk – 15 ta’ April; u
12. in-negozju f’Għawdex – 16 ta’ April.
| L-Onor. Chris Said żied jgħid li l-għan ta’ dawn | il-laqgħat mas-setturi tan-negozju huwa sabiex jiġu diskussi dawk ir-regolamenti jew proċeduri amminstrattivi komuni li japplikaw għal dak is-settur partikulari. Huwa fakkar li diġà kien imniedi workshop mal-Korpi Kostitwiti fejn ġew diskussi dawk ir-regolamenti u proċeduri amministrattiv li japplikaw għan-negozju. Għalhekk dan kien il-pass li jmiss f’dan l-eżerċizzju. |
| Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lil dawk | preżenti sabiex ikunu kemm jista’ jkun speċifiċi fil-proposti tagħhom dwar il-piżijiet amministrativi relatati ma’ obbligi ta’ informazzjoni u stedinhom biex fejn huwa possibbli joffru s-suġġerimenti għal soluzzjonijiet. B’hekk ikun aktar faċli li jiġu identifikati l-problemi, biex wara dawn ikunu pprijoritizzati u inklużi fi pjan ta’ azzjoni. |
L-Onor. Chris Said enfasizza li dan ma jfissirx li dak kollu li ser jingħad u jiġi suġġerit ser jiġi mwettaq. Li ser jiġri huwa li l-informazzjoni miġbura ser tiġi analizzata mill-BRU u s-soluzzjonijiet ser jiġu prijorizzati, kif ukoll tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni ta’ dawn is-soluzzjonijiet. Wieħed irid jifhem li impossibbli li jiġu indirizzati s-suġġerimenti kollha pero’ l-Gvern hu kkommess li jisma’ s-suġġerimenti kollha u fl-aħħar jiddeċiedi pjan ta’ azzjoni li jolqot dawk il-punti li huma l-aktar urġenti u effettivi.
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni spjega li l-Ministeri ġew mistiedna biex jattendu wkoll għal dawn il-laqgħat ta’ konsultazzjoni biex b’hekk ikunu involuti f’dan l-eżerċizzju sa mill-bidu nett u jisimgħu huma stess l-ilmenti u s-suġġerimenti ta’ dawk preżenti. Wara dan l-eżerċizzju huma ser ikunu mitluba jassistu lill-BRU f’analiżi dettaljata tas-suġġerimenti u sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet meħtieġa. |
| Il-BRU ħadet nota tal-punti prinċipali li ġew | diskussi sabiex dawn jiġu analizzati aktar fid-dettall u biex jiġi deċiż liema minnhom jistgħu jiġu inklużi fi Pjan ta’ Azzjoni biex il-Gvern jilħaq il-mira stabbilita mal-Unjoni Ewropea fejn sal-2012 jnaqqsu bi 15% il-piżijiet amministrattivi fuq in-negozji, b’mod partikulari dawk li joħorġu minn informazzjoni żejda li qed tintalab. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984