STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
PR0358
03/03/2009
L-Oppożizzjoni Laburista tirrepeti l-istess u xotta mill-ideat
| L-Oppożizzjoni terġa’ tirrepeti | miżinformazzjoni, li diġà ġiet miċħuda, dwar l-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart. Għal darb’oħra dokumenti u stqarrijiet li huma pubbliċi tgħid li għadhom ma ġewx pubblikati. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali | jistieden lill-Onor. Brincat, li ħareġ l-istqarrija dalgħodu, biex jaqra l-istqarrijiet maħruġa mill-Ministeru u jidħol fil-website tal-Ministeru fejn isib id-dokumenti kollha li qed jirreferi għalihom. L-Onor. Leo Brincat qed jaħseb li kulħadd qed jipprova jaħbi. Fil-fatt huwa hu stess li qiegħed jaħbi u ma jridx jgħid min huma l-esperti li allegatament għandha l-Oppożizzjoni Laburista dwar dan is-suġġett. |
| Għal | darb’oħra l-Onor. Brincat, l-istess kif kien għamel dwar l-Istrateġija dwar it-Tibdil fil-Klima, jagħżel li jikkritika l-fatt li l-Gvern tah preżentazzjoni dwar l-istrateġija dwar l-Iskart qabel ma din ġiet ppreżentata. Brincat imissu jsegwi bl-eżempju u għal darba jkun trasparenti! L-Onor. Brincat imissu jgħid ukoll li apparti li tah preżentazzjoni, il-Gvern għamillu wkoll stedina pubblika biex iżur liema faċilità jrid biex jara b’għajnejh l-iżvilupp impressjonanti tul dawn l-aħħar snin. Pero l-Onor. Brincat m’għandu ebda interess li jkun jaf il-fatti u moħħu biss biex ikompli jitfa’ t-tajn u joħloq id-dubji. |
| L-Oppożizzjoni qed tagħżel li tivvinta, u dak li | hu pubbliku tgħid li mhux minkejja li hu aċċessibbli għal kulħadd bl-aktar mod trasparenti. L-Oppożizzjoni qed turi li mhix kapaċi tagħmel proposta waħda u minflok tippreferi tiżra d-dubji. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984