TITWAQQAF IL-FONDAZZJONI ANTON AGIUS FIR-RABAT MALTA
PR0350
02/03/2009
| Il-Kunsill Lokali tar-Rabat waqqaf il-Fondazzjoni | Anton Agius għad unur tal-iskultur Rabti. Il-Fondazzjoni twaqqfet bi ftehim bejn il-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-kumpanija privata Volksbank Malta bil-għan li tieħu ħsieb siti storiċi fil-lokalità. |
| Is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni, Dr. Chris Said, li nieda din il-Fondazzjoni, qal li huwa ta’ sodisfazzjon kbir meta tara li l-Kunsilli Lokali qegħdin b’pass meqjus jibdew iniedu proġetti ta’ valur sostenibbli li jintegraw fihom l-aspetti soċjali, ekonomiċi, ambjentali u kulturali fil-lokalitajiet tagħna. |
| Dan għar-raġuni li din l-integrità | biss tista’ twassalna għal titjib fil-kwalita’ tal-ħajja li żgur ma nistgħux naslu għaliha jekk ma jkollniex komunitajiet sostenibbli. |
| L-iżvilupp sostenibbli huwa | dak li jlaqqa’ l-iżvilupp tal-preżent mingħajr ma jikkomprometti l-bżonnijiet tal-ġenerazzjonijiet tal-futur. |
| Dr Said qal li l-Kunsilli | għandhom ikunu dawk li jmexxu l-proċess għat-tibdil fl-istil ta’ ħajja u fl-irwol ta’ kif għandhom jiġu edukati n-nies tal-lokalità biex jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. |
| Dan l-iżvilupp huwa proġett | nazzjonali u jista jseħħ biss jekk ikun hemm il-parteċipazzjoni u l-involviment tal-imsieħba kollha, partikolarment mis-settur pubbliku, mill-intrapriżi pubbliċi u dawk privati, mill-NGOs u mill-Kunsilli Lokali. |
| Għalhekk il-Gvern Ċentrali jinkoraġġixxi | inizjattivi bħal dawn fejn il-Kunsill Lokali jidħol fi ftehim mas-settur privat jew għaqdiet lokali biex joħloq proġetti u jmexxi aħjar u b’mod iktar sostenibbli l-lokalita’ tiegħu. Eżempju ċar ta’ dan huwa r-restawr tas-siti storiċi u pubbliċi fil-lokalità tar-Rabat. |
| Il-lokalità tar-Rabat għandha storja mimlija | bl-unuri u avvenimenti b’rabta ma’ pajjiżna. Ir-Rabat huwa mżejjen bi storja glorjuza u persuni li kabbru isem dan il-post. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li kien pass | għaqli ħafna li dan il-Kunsill Lokali ħa biex itejjeb u jsebbaħ il-patrimonju storiku kulturali li għandna f’pajjiżna. Dawn is-siti huma ġawhra storika u parti mill-identità tagħna u importanti li ngħożżuhom u nħarsuhom biex b’hekk inkunu qegħdin nimxu fuq passi sostenibbli mingħajr ma nikkompromettu l-wirt ta’ pajjiżna u l-bżonnijiet tal-komunità. |
| Dr. Said inkoraġġixxa lil Kunsilli Lokali oħrajn | jimxu fuq l-istess passi tal-Kunsill Lokali tar-Rabat u jaħtfu kull opportunità u għajnuna li qiegħda tiġi offruta lilhom biex jipparteċipaw f’inizjattivi flimkien ma’ msieħba oħra u jieħdu sehem fi skemi u proġetti ta’ ko-finanzjament kemm dawk varati mill-Gvern Ċentrali kif ukoll dawk minn programmi mnedija mill-Unjoni Ewropeja. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984